Mur għall-kontenut ewlieni

It-trasparenza tal-għajnuna

L-UE tippubblika informazzjoni dwar l-attivitajiet ta’ għajnuna internazzjonali tagħha f’diversi bażijiet tad-data online.

Ħarsa ġenerali

It-trasparenza tagħmel l-iżvilupp aktar effettiv, u tista’ twassal għal prevedibbiltà, koordinazzjoni u responsabbiltà aħjar. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni Ewropea hija impenjata li tiżvela pubblikament l-informazzjoni kollha dwar il-programmi ta’ għajnuna biex ikun iktar faċli li tkun aċċessibbli, kondiviża u ppubblikata.

Kooperazzjoni internazzjonali fit-trasparenza

Fl-2011, f’Busan, ittieħed impenn internazzjonali qawwi lejn it-trasparenza fir-4 Forum ta’ Livell Għoli dwar l-Effettività tal-Għajnuna

Dan l-impenn kien jinkludi l-iżvilupp u l-użu ta’ standard komuni miftuħ għall-pubblikazzjoni elettronika f’waqtha ta’ informazzjoni komprensiva u li tħares ’il quddiem dwar assistenza finanzjarja lil pajjiżi terzi sa Diċembru 2015.

Dan l-istandard komuni għandu jqis ir-rapporti tal-istatistika tal-OECD DAC, kif ukoll l-isforzi komplementari tal-Inizjattiva Internazzjonali tat-Trasparenza tal-Għajnuna (IATI) u oħrajn.

Data dwar it-trasparenza

Kull sena l-Kummissjoni Ewropea tippubblika data fuq l-OECD, u ilha tippubblika data fuq l-IATI kull xahar minn Ottubru 2011 ’l hawn. Minn dakinhar, il-Kummissjoni tejbet b’mod konsistenti l-pubblikazzjoni tagħha, billi tinkludi l-baġits, data ġeokodifikata dwar is-siti u d-dati.

Il-prestazzjoni ta’ rappreżentanti ewlenin tal-komunità tad-donaturi fid-dinja hija vvalutata permezz ta’:

L-EU aid explorer

L-EU Aid Explorer jiġbor data minn sorsi differenti (OECDUN OCHAEDRISIATI), jippermetti lill-utenti jfittxu d-data kollha dwar l-għajnuna u jipprovdi għodod ta’ viżwalizzazzjoni bħal mapep, tabelli u ċarts.