Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet10 Ottubru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Jum Dinji tas-Saħħa Mentali: L-Ewropej iqisu s-saħħa mentali bħala importanti daqs is-saħħa fiżika

Loving husband hugging wife in park, retired couple looking at sunset together

 

Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tas-Saħħa Mentali fl-10 ta’ Ottubru, il-Kummissjoni ppreżentat is-sejbiet ta’ stħarriġ ġdid dwar is-saħħa mentali. L-istħarriġ sab li avvenimenti reċenti bħall-pandemija tal-COVID-19, l-aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kriżi klimatika, u pressjonijiet soċjetali u ekonomiċi oħra aggravaw il-livelli diġà baxxi ta’ saħħa mentali fl-Ewropa.

Fil-fatt, aktar minn nofs dawk li wieġbu qalu li l-avvenimenti dinjija reċenti b’xi mod, jew fil-biċċa l-kbira, influwenzaw is-saħħa mentali tagħhom. Kważi disgħa minn kull għaxra li wieġbu jqisu wkoll li l-promozzjoni tas-saħħa mentali hija importanti daqs il-promozzjoni tas-saħħa fiżika.

Biex tfakkar dan il-Jum, il-Kummissarju għas-Saħħa Stella Kyriakides ospitat konferenza ta’ livell għoli dwar is-saħħa mentali. L-avveniment laqqa’ rappreżentanti mill-istituzzjonijiet tal-UE, il-gvernijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet Ewropej u sħab interessati oħra. Huma semgħu testimonjanzi, skambjaw informazzjoni u prattiki tajbin dwar il-promozzjoni u l-prevenzjoni tas-saħħa mentali, u kif jiġi żgurat aċċess ugwali għal kulħadd.

Il-Konferenza tibni fuq l-istrateġija l-ġdida dwar is-saħħa mentali li l-Kummissjoni ppreżentat f’Ġunju 2023. L-istrateġija, li nbniet madwar 20 inizjattiva ewlenija u b’finanzjament ta’ €1.23 biljun, trid tgħin lil gruppi vulnerabbli bħat-tfal, iż-żgħażagħ u r-refuġjati. Hi tiffoka fuq tliet oqsma:

  • prevenzjoni adegwata u effettiva
  • aċċess għall-kura u t-trattament tas-saħħa mentali ta’ kwalità għolja u affordabbli
  • riintegrazzjoni fis-soċjetà wara l-irkupru.

Għal iktar informazzjoni

Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali

Konferenza ta’ livell għoli dwar is-saħħa mentali

Ewrobarometru dwar is-saħħa mentali

Stqarrija għall-istampa: Għall-maġġoranza kbira tal-Ewropej il-promozzjoni tas-saħħa mentali u l-promozzjoni tas-saħħa fiżika għandhom l-istess importanza

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
10 Ottubru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni