Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet12 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Sar progress fl-immanġiġġjar tal-migrazzjoni u l-ażil fl-UE

Belgian vessel Godetia, for the rescue Operation Triton

 

Il-Kummissjoni ħadet kont ta’ xi nkiseb fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ażil matul dawn l-aħħar erba’ snin. Sar progress fuq diversi mogħdijiet.

Issa hemm stabbiliti riformi sostenibbli. Il-Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil ġie approvat fi qbil politiku storiku. Dan il-qafas legali ġdid jistabbilixxi xenarju għal immaniġġjar tal-migrazzjoni ġust u effiċjenti, li jinkludi:

  • fruntieri esterni aktar siguri
  • proċeduri rapidi u effiċjenti ta' ażil u ritorn ta’ migranti b’salvagwardji individwali aktar b’saħħithom
  • sistema ġusta u aktar effettiva ta’ solidarjetà u responsabbiltà.

Fl-aħħar erba’ snin, il-Kummissjoni appoġġjat ukoll lill-Istati Membri b’azzjonijiet immirati u operazzjonali. L-UE espandiet l-għodod tagħha biex jindirizzaw il-migrazzjoni irregolari, il-faċilitazzjoni ta' dħul klandestin ta' migranti u sfidi oħra:

  • bl-adozzjoni ta’ approċċ ta’ rotta sħiħa
  • bit-tisħiħ tal-immaniġġjar tal-fruntieri
  • bl-immirar ta’ networks kriminali li jiffaċilitaw id-dħul klandestin ta’ migranti
  • b’żieda fir-ritorn ta’ migranti
  • bir-rispons għal ħtiġijiet u kriżijiet akuti.

Il-Kummissjoni se tkompli timpenja ruħha mas-sħab internazzjonali biex tindirizza l-għerq tal-kawżiet tal-migrazzoni, tiġġieled il-faċilitazzjoni ta’ dħul klandestin ta’ migranti u tippromwovi rotot legali.

Il-migrazzjoni hi realtà globali li tista’ tiġi mmaniġġjata b’politiki effettivi ta’ migrazzjoni u bil-kollaborazzjoni tal-UE ma’ pajjiżi sħab. Mill-bidu tal-mandat tagħha, il-Kummissjoni von der Leyen ħadmet biex tistabbilixxi qafas tal-UE sostenibbli biex timmaniġġja l-migrazzjoni b’mod effettiv u b’mod uman. Implimentazzjoni f’waqtha tal-Patt issa hi kruċjali, u l-Kummissjoni se tippreżenta pjan komuni ta’ implimentazzjoni sa Ġunju 2024. Il-Kummissjoni se tkun mal-pajjiżi tal-UE f’kull pass li jsir fit-triq biex tappoġġjahom b’mod finanzjarju, tekniku u operazzjonali.

Għal iktar informazzjoni

Nimmaniġġjaw il-migrazzjoni b’mod responsabbli

Patt Ġdid dwar il-Migrazzjoni u l-Ażil

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tqis il-kisbiet ewlenin dwar il-migrazzjoni u l-ażil

Migrazzjoni u ażil

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
12 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni