Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet18 Ottubru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga

Police dog checking luggage

 

Fl-2021 biss, ġew ikkonfiskati 303 tunnellati ta’ kokaina fl-UE. Biex tintensifika l-ġlieda kontra n-networks kriminali, il-Kummissjoni stabbiliet miżuri ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-kummerċ tad-droga.

Il-miżuri l-ġodda jinkludu 17-il azzjoni, fosthom

  • it-tisħiħ tal-portijiet kontra l-infiltrazzjoni kriminali permezz ta’ Alleanza Ewropea ġdida għall-Portijiet
  • iż-żarmar ta’ networks kriminali ta’ riskju għoli permezz ta’ investigazzjonijiet finanzjarji u diġitali, u kooperazzjoni msaħħa
  • il-prevenzjoni tal-kriminalità organizzata permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki fost il-pajjiżi
  • il-ħidma mas-sħab internazzjonali dwar din it-theddida globali

Il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga hija prijorità għall-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u s-sħab internazzjonali tagħha. Kull min hu involut għandu jkompli jaħdem qatigħ biex jimplimenta kompletament l-Istrateġiji tal-UE dwar il-Kriminalità Organizzata u d-Drogi. Il-Kummissjoni se tieħu aktar passi din is-sena u s-sena d-dieħla inklużi miżuri leġiżlattivi, appoġġ finanzjarju, u l-ħolqien ta’ Aġenzija tal-UE dwar id-Drogi sas-sajf tal-2024.

Għal aktar informazzjoni

Il-politika tal-UE dwar id-drogi

Skeda informattiva dwar il-miżuri l-ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni stabbiliet Pjan Direzzjonali tal-UE ġdid ta’ miżuri ta’ prijorità għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga

Mistoqsijiet u tweġibiet dwar il-miżuri l-ġodda għall-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u t-traffikar tad-droga

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
18 Ottubru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni