Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet22 Novembru 2023Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Liġi ġdida proposta biex ittejjeb ir-reżiljenza tal-foresti Ewropej

Carpet of blue flowers in a forest with sunlight shining through trees

 

Il-Kummissjoni pproponiet liġi ġdida dwar il-monitoraġġ tal-foresti li għandha l-għan li toħloq bażi komprensiva ta’ għarfien dwar il-foresti, tindirizza l-lakuni fl-informazzjoni, u tippermetti rispons aħjar għall-pressjonijiet dejjem akbar fuq il-foresti. Il-perikli naturali u l-attività mhux sostenibbli tal-bniedem kellhom impatt serju fuq il-foresti Ewropej li huma kruċjali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima, il-protezzjoni tal-bijodiversità, u l-appoġġ għaż-żoni rurali u l-ekonomija.

Is-sistema l-ġdida tal-monitoraġġ se tippermetti l-ġbir u l-kondiviżjoni ta’ data komparabbli dwar il-foresti miksuba permezz ta’ taħlita ta’ teknoloġija tal-Osservazzjoni tad-Dinja u ta’ kejl fuq l-art. Għandha l-għan li:

  • tgħin biex il-foresti jsiru aktar reżistenti għall-perikli ambjentali li dejjem qed jiżdiedu
  • issaħħaħ il-kapaċità tal-foresti biex jipprovdu arja aktar nadifa
  • tiffaċilita l-ippjanar tal-foresti
  • tiżgura l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri biex jiġu stabbiliti pjanijiet fit-tul għall-foresti.

Rapport reċenti tal-Kummissjoni juri li fl-2022, għadd rekord ta’ nirien fil-foresti wasslu għall-ħruq ta’ 900,000 ettaru ta’ art li jikkorrispondu għal bejn wieħed u ieħor id-daqs ta’ Korsika – it-tieni l-ogħla numru reġistrat. Minħabba l-impatt taż-żieda fit-temperaturi fuq ċerti speċijiet, il-valuri tal-art forestali huma mbassra li jonqsu b’27% sa tmiem is-seklu. Dawn il-konsegwenzi jistgħu jitreġġgħu lura bil-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura u l-forniment ta’ data ta’ kwalità dwar il-foresti tal-UE. Il-proposta dwar il-monitoraġġ tal-foresti hija riżultat ewlieni tal-Istrateġija tal-UE għall-Foresti 2030 u tal-Patt Ekoloġiku Ewropew.

Għal iktar informazzjoni

Monitoraġġ tal-foresti

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni qed tipproponi monitoraġġ komprensiv biex ittejjeb ir-reżiljenza tal-foresti Ewropej

Mistoqsijiet u Tweġibiet fuq il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Foresti

Skeda informattiva - Il-Liġi dwar il-Monitoraġġ tal-Foresti

Rapport: In-nirien fil-foresti fl-Ewropa, fil-Lvant Nofsani u fl-Afrika ta’ Fuq fl-2022

Il-Liġi dwar ir-Restawr tan-Natura

Strateġija ġdida tal-UE għall-foresti għall-2030

 

 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
22 Novembru 2023
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni