Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet5 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-ewwel strateġija industrijali tad-difiża Ewropea li qatt saret biex jissaħħu l-istat ta’ tħejjija u s-sigurtà tal-Ewropa

German military transport helicopter NH 90 flying

 

Bil-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata tar-Russja kontra l-Ukrajna, il-kunflitt ta’ intensità għolja reġa’ lura fil-kontinent tagħna.  Din hija r-raġuni għaliex tressqet Strateġija Industrijali tad-Difiża Ewropea ġdida, li hi l-ewwel waħda li qatt saret. Hi tistabbilixxi viżjoni ċara u fit-tul biex tinkiseb it-tħejjija industrijali tad-difiża fl-Unjoni Ewropea. Jeħtieġ li s-sistemi u t-tagħmir tad-difiża jkunu lesti meta jkunu meħtieġa u fil-kwantitajiet li huma meħtieġa.

L-istrateġija tistabbilixxi diversi azzjonijiet ġodda biex jinkiseb dan:

  • il-pajjiżi tal-UE huma mħeġġa jinvestu aktar, aħjar, flimkien u b’mod Ewropew. Dan se jiġi promoss bis-saħħa ta’ programmi ġodda li jiffaċilitaw l-akkwist u l-ħidma flimkien fil-livell Ewropew.
  • industrija tad-difiża Ewropea aktar b’saħħitha, aktar reattiva u aktar innovattiva. Se jittieħdu wkoll passi biex tiġi appoġġjata r-riċerka, tingħata spinta lill-investiment u ssir ħidma fuq kwistjonijiet tul il-ktajjen tal-provvista. Bħala parti minn dan, se jiftaħ Uffiċċju għall-Innovazzjoni tad-Difiża f’Kiev.
  • finanzjament biex l-industrija tad-difiża tkun lesta, permezz ta’ Programm ġdid għall-Industrija tad-Difiża Ewropea b’valur ta’ €1.5 biljun u diskussjonijiet dwar il-ħtiġijiet tad-difiża għall-baġit fit-tul li jmiss tal-UE
  • ningħaqdu ma’ sħab mad-dinja kollha - pereżempju l-Ukrajna se tkun tista’ tieħu sehem fil-programmi tal-industrija tad-difiża tal-UE.

L-istrateġija tistabbilixxi wkoll għadd ta’ miri. Sal-2030, il-pajjiżi tal-UE għandhom:

  • jixtru mill-inqas 40% tat-tagħmir tad-difiża billi jaħdmu flimkien
  • jonfqu mill-inqas nofs il-baġit tal-akkwist tad-difiża tagħhom fuq prodotti magħmula fl-Ewropa
  • jinnegozjaw mill-inqas 35% tal-prodotti tad-difiża bejn il-pajjiżi tal-UE minflok ma’ pajjiżi oħra

Dan se jgħin biex l-UE ssir aktar sikura u reżiljenti. Dan mhux biss se jkun ta’ benefiċċju għalina lkoll fl-UE, iżda wkoll għall-alleati ewlenin inklużi n-NATO u l-Ukrajna.

Għal iktar informazzjoni

Strateġija tal-Industrija tad-Difiża Ewropea

Programm Ewropew fil-qasam tad-Difiża Industrijali

Stqarrija għall-istampa: L-ewwel strateġija industrijali tad-difiża li qatt saret u programm ġdid għall-industrija tad-difiża biex jissaħħu l-istat ta’ tħejjija u s-sigurtà tal-Ewropa

Skeda informattiva dwar l-Istrateġija tal-Industrija tad-Difiża Ewropea

Skeda informattiva dwar il-Programm tal-Industrija tad-Difiża Ewropea

Ewropa aktar b’saħħitha fid-dinja

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
5 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni