Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet13 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-UE fl-2023: Nirnexxu fi żminijiet diffiċli

Collage of pictures including a photo of a small robot; a photo of female scientist; a photo of rescue services; a photo of an old lady with a young girl; and a photo of a person on a wind turbine

 

Fi żmien ta’ żieda fit-tensjonijiet ġeopolitiċi, l-UE kompliet tindirizza b’suċċess il-kwistjonijiet li jikkonċernaw l-aktar lill-Ewropej fl-2023, filwaqt li baqgħet fit-triq it-tajba biex twettaq il-prijoritajiet politiċi. Dan skont l-edizzjoni l-ġdida tar-Rapport Ġenerali tal-UE, li ġie ppubblikat illum.

Ir-rapport iħares lejn kif irreaġixxejna għall-isfidi globali emerġenti u eżistenti, bl-appoġġ kontinwu u sod tagħna għall-Ukrajna bħala l-punt fokali. Ipprovdejna aktar minn €88 biljun f’assistenza finanzjarja, umanitarja u militari, offrejna protezzjoni lil aktar minn 4 miljun persuna li ħarbu mill-Ukrajna lejn l-UE u ninsabu lesti li niftħu n-negozjati tal-adeżjoni.

Hu jħares ukoll lejn il-Lvant Nofsani u kif irreaġixxejna għad-deterjorament drastiku fis-sitwazzjoni umanitarja tal-Palestinjani, u żidna b’erba’ darbiet l-għajnuna umanitarja għal aktar minn €100 miljun fl-aħħar sena.

Fl-UE, ir-rapport jenfasizza l-ħidma li saret biex nibqgħu għaddejjin fit-triq it-tajba fir-rigward tal-prijoritajiet ewlenin tal-UE

  • inkomplu l-irkupru ekonomiku tagħna mill-pandemija
  • nagħtu spinta lill-kompetittività u lill-kapaċità tal-manifattura għat-teknoloġiji u l-prodotti meħtieġa biex nilħqu l-miri klimatiċi ambizzjużi tagħna
  • nistabbilixxu l-qafas legali biex innaqqsu l-emissjonijiet b’55% sal-2030 (pass importanti ewlieni fit-triq lejn in-newtralità klimatika)
  • nagħmlu progress biex tintemm id-dipendenza tal-UE fuq il-fjuwils fossili Russi, bis-saħħa tal-Pjan REPowerEU, u biex nirriformaw id-disinn tas-suq tal-elettriku tal-UE, biex il-konsumaturi jiġu protetti minn xokkijiet fil-prezzijiet
  • naħdmu fuq l-ewwel liġi komprensiva dwar l-Intelliġenza Artifiċjali bħala parti mit-tranżizzjoni diġitali tal-Ewropa
  • insaħħu d-djalogu soċjali u nwettqu progress f’regoli ġodda biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persuni li jaħdmu permezz ta’ pjattaformi tas-suq diġitali
  • nilħqu stadju importanti fir-riforma tas-sistema tal-migrazzjoni tagħna.

Ir-rapport huwa disponibbli bil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE bħala ktieb kompletament illustrat u verżjoni online li hija disponibbli hawn taħt.

Sib aktar informazzjoni

L-UE fl-2023: Rapport ġenerali dwar l-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea

L-istorja tal-Kummissjoni von der Leyen

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
13 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni