Mur għall-kontenut ewlieni
Logo tal-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissjoni Ewropea
  • Artiklu tal-aħbarijiet
  • 24 Novembru 2025
  • Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni
  • 2 min qari

Mill-ġdid, appell biex inwaqqfu l-vjolenza kontra n-nisa

A defiant woman looks at the camera

 

Waħda minn kull tliet nisa fl-Ewropa.

Ġarrbu vjolenza abbażi tal-ġeneru.

Kellhom sieħeb vjolenti f’ħajjithom.

Sofrew fastidju sesswali fil-post tax-xogħol.

Meta tqis li din il-vjolenza għadha mhijiex irrapportata biżżejjed, dawn in-numri huma saħansitra aktar preokkupanti — din il-vjolenza trid tieqaf. Din hija r-raġuni għaliex kull sena, għall-komunità internazzjonali, inkluża l-UE, il-25 ta’ Novembru huwa l-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza Kontra n-Nisa

L-UE hija impenjata biex teqred din il-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li għandha għeruq fil-fond, kif jixhdu l-kisbiet importanti li saru dan l-aħħar. L-UE issa għandha l-ewwel liġi b’saħħitha u komprensiva tagħha biex tiġġieled kontra l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, li ġiet adottata f’Mejju 2024. Fl-2023, l-UE aderiet mal-Konvenzjoni ta’ Istanbul, l-ewwel trattat internazzjonali li jorbot legalment għall-prevenzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa u tal-vjolenza domestika u għall-ġlieda kontrihom. U, aktar kmieni din is-sena, il-Kummissjoni enfasizzat l-impenji tagħha fil-pjan direzzjonali għad-drittijiet tan-nisa. Sadanittant, għaddejja ħidma fuq strateġija ġdida għall-ugwaljanza bejn il-ġeneri li għandha tiġi ppreżentata fl-2026, li l-eliminazzjoni tal-vjolenza kontra n-nisa se tkun element ċentrali tagħha. 

Hemm ukoll assistenza konkreta. Il-vittmi jistgħu jċemplu fuq linja telefonika komuni tal-UE għall-assistenza: 116 016

Fil-25 ta’ Novembru, l-UE għal darb’ oħra qed iġġedded l-impenn tagħha biex neqirdu l-vjolenza — inkluża l-vjolenza diġitali — kontra n-nisa u l-bniet fl-UE u lil hinn minnha. Qed tappella wkoll għal azzjoni biex ikun hemm solidarjetà mal-vittmi u mal-imġarrbin.

Għal aktar tagħrif

Il-Konvenzjoni ta’ Istanbul: Linji telefoniċi għall-assistenza fl-Ewropa 

Dikjarazzjoni

Finanzjament għal proġetti u organizzazzjonijiet biex tiġi indirizzata l-vjolenza abbażi tal-ġeneru 

Ir-riżorsi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru 

L-Eurostat: Data dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 Novembru 2025
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni