Mur għall-kontenut ewlieni

Il-kumpanija/l-organizzazzjoni tiegħi tista' tkun responsabbli għad-danni?

Tweġiba

L-individwi jistgħu jitolbu kumpens jekk kumpanija jew organizzazzjoni tkun kisret ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) u jkunu sofrew danni finanzjarji (pereżempju telf finanzjarju) jew danni mhux finanzjarji (pereżempju telf tar-reputazzjoni jew tbatija psikoloġika). Il-GDPR jiżgura li jingħataw kumpens, irrispettivament mill-għadd ta' organizzazzjonijiet involuti fl-ipproċessar tad-data tagħhom. Il-kumpens jista' jintalab direttament mingħand l-organizzazzjoni jew quddiem il-qrati nazzjonali kompetenti. Il-proċedimenti jinġiebu quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-UE fejn il-kontrollur jew il-proċessur ikollu stabbiliment jew fejn jgħix iċ-ċittadin li qed jitlob kumpens (ir-residenza abitwali).

Referenza