Mur għall-kontenut ewlieni

Finanzjament għall-ibliet

L-UE u l-Kummissjoni jipprovdu appoġġ permezz ta’ firxa wiesgħa ta’ programmi ta’ finanzjament, li jkopru opportunitajiet ta’ finanzjament kif ukoll pariri dwar kif wieħed għandu jaċċessa l-finanzjament u kif jista’ jintuża.

Opportunitajiet ta’ finanzjament

Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

Il-politika ta’ koeżjoni tindirizza diversi ħtiġijiet ta’ żvilupp fir-reġjuni u l-ibliet kollha tal-UE, b’baġit ta’ €351.8 biljun - kważi terz tal-baġit totali tal-UE. Il-FSIE jinkludu l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond ta' Koeżjoni (CF) għall-iżvilupp u l-aġġustamenti strutturali tal-ekonomiji reġjonali, it-tibdil ekonomiku, il-kompetittività msaħħa kif ukoll il-kooperazzjoni territorjali, il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), għall-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-edukazzjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) għall-kompetittività tal-agrikultura, l-immaniġġjar sostennibbli tar-riżorsi naturali u l-iżvilupp territorjali tal-komunitajiet rurali, il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għas-sajd u l-komunitajiet kostali sostenibbli. 

Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej

Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Il-FEIS hu wieħed mit-tliet pilastri tal-Pjan ta’ Investiment għall-Ewropa u għandu l-għan li jegħleb id-diskrepanzi fl-investiment attwali fl-UE billi jimmobilizza l-finanzjament privat għal investimenti strateġiċi. Hu jikkonsisti f’garanzija ta’ €21 biljun mill-Kummissjoni Ewropea u l-Bank Ewropew tal-Investiment. 
Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment

Il-portal, disponibbli fil-lingwi uffiċjali tal-UE kollha, isaħħaħ il-viżibbiltà tal-proġetti bbażati fl-UE (pubbliċi jew privati) għal investituri potenzjali mad-dinja kollha billi jipprovdi pjattaforma ċentrali għall-promozzjoni tal-proġetti b’format armonizzat u strutturat.
Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment

Azzjonijiet Innovattivi Urbani

L-inizjattiva UIA tipprovdi riżorsi lil żoni urbani fl-Ewropa biex jiġu ttestjati soluzzjonijiet ġodda u mingħajr provi biex jiġu indirizzati l-isfidi urbani. L-inizjattiva għandha baġit totali ta’ €371 miljun għall-perjodu mill-2015 sal-2020. 
Azzjonijiet Innovattivi Urbani

URBACT

URBACT hu programm Ewropew ta’ skambju u tagħlim li jippromwovi l-iżvilupp urban sostenibbli u jgħin lill-ibliet jaħdmu flimkien biex jiżviluppaw soluzzjonijiet prammatiċi għall-isfidi urbani. URBACT hu kkofinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, fil-pajjiżi kollha tal-UE, in-Norveġja u l-Iżvizzera. Fuq perjodu bejn l-2014 u l-2020, URBACT III għandu baġit ta’ €96.3 miljun.
URBACT

Orizzont 2020

Il-programm Orizzont 2020 hu l-akbar programm ta’ riċerka u innovazzjoni tal-UE, b’finanzjament disponibbli ta’ €80 biljun bejn l-2014 u l-2020. 
Orizzont 2020

LIFE

LIFE hu l-istrument finanzjarju tal-UE li jsostni l-proġetti ambjentali, ta’ konservazzjoni tan-natura u tal-azzjoni klimatika. LIFE jindirizza sfidi urbani bħall-kwalità tal-arja, l-istorbju, l-enerġija u l-iskart. Il-baġit totali għall-proġetti ta’ finanzjament bejn l-2014 u l-2020 hu ta’ €1.1 biljun għall-ambjent u €0.36 biljun għall-azzjoni klimatika.
LIFE

Pariri dwar il-finanzjament

Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

L-EIAH jipprovdi appoġġ immirat għall-identifikazzjoni, it-tħejjija u l-iżvilupp ta’ proġetti ta’ investiment fl-UE. L-EIAH jibni fuq il-kompetenza esperta tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Grupp tal-Bank Ewropew tal-Investiment, tal-Banek u Istittuzzjonijiet Promozzjonali Nazzjonali (NPBs) u l-awtoritajiet tal-immaniġġjar tal-pajjiżi tal-UE.
Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti

JASPERS

L-assistenza Jasper tagħti pariri lill-ibliet u lir-reġjuni dwar l-ippjanar strateġiku f’firxa wiesgħa ta’ setturi. Hi tappoġġja t-tħejjija ta’ proġetti f’oqsma li jibbenefikaw mill-fondi tal-UE u b’hekk jilħqu l-istandards meħtieġa kollha.

Assistenza Konġunta għall-Appoġġ ta' Proġetti fir-Reġjuni Ewropej

fi-compass

Il-fi compass hi pjattaforma għal servizzi ta’ konsulenza dwar strumenti finanzjarji fil-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) u l-mikrofinanzjament fil-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali. Hi tappoġġja l-awtoritajiet tal-immaniġġjar tal-FSIE, il-provvedituri tal-EaSI u partijiet interessati oħrajn.
fi-compass

Aċċess għall-fondi

Informazzjoni dwar l-applikazzjoni għall-fondi strutturali u ta' investiment Ewropej
Aċċess għall-fondi

Kif jaħdem il-finanzjament tal-UE

L-informazzjoni bażika, inkluż il-links għas-siti web, dwar l-opportunitajiet ta’ finanzjament tal-UE disponibbli għall-perjodu 2014-2020.
Kif jaħdem il-finanzjament tal-UE

Finanzjament, Offerti

Finanzjament, għotjiet, offerti tal-UE, u kif tapplika.
Finanzjament, Offerti