Mur għall-kontenut ewlieni
Direttorat ġeneraliDEFIS

Industrija tad-Difiża u l-Ispazju

Dan id-dipartiment tal-Kummissjoni huwa responsabbli għall-politika tal-UE dwar l-industrija tad-difiża u l-ispazju.

L-aktar riċenti

Aħbarijiet minn dan id-dipartiment

Responsabbiltajiet

Id-Direttorat Ġenerali għall-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju (DEFIS) imexxi l-attivitajiet tal-Kummissjoni Ewropea fis-settur tal-Industrija tad-Difiża u l-Ispazju.

Fil-qasam tal-Industrija tad-Difiża, id-DEFIS huwa inkarigat li jiddefendi l-kompetittività u l-innovazzjoni tal-industrija Ewropea tad-Difiża billi jiżgura l-evoluzzjoni ta’ bażi teknoloġika u industrijali kapaċi għad-difiża Ewropea.

Fil-qasam tal-Ispazju, id-DĠ DEFIS huwa inkarigat mill-implimentazzjoni tal-programm Spazjali tal-UE li jikkonsisti fil-Programm Ewropew ta’ Osservazzjoni tad-Dinja (Copernicus), is-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita (Galileo) u s-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja (EGNOS).

Xi azzjonijiet u prijoritajiet ewlenin għas-sena li ġejja:

  • l-implimentazzjoni u s-sorveljanza tal-Fond Ewropew għad-Difiża;
  • il-bini ta’ suq Ewropew tat-tagħmir tad-difiża miftuħ u kompetittiv u l-infurzar tar-regoli tal-akkwist tal-UE dwar id-difiża;
  • it-twassil tal-implimentazzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni dwar il-Mobbiltà Militari;
  • it-trawwim ta’ industrija spazjali b’saħħitha u innovattiva, li żżomm l-aċċess tal-UE għall-ispazju awtonomu, affidabbli u kosteffettiv;
  • l-implimentazzjoni tal-Programm Spazjali futur, li jkopri lill-Galileo, l-EGNOS u lill-Copernicus;
  • l-esplorazzjoni ta’ modi kif nistgħu nagħmlu l-aħjar użu mill-assi tagħna biex nilħqu l-objettiv tal-klima, filwaqt li ntejbu r-rabta kruċjali bejn l-ispazju u d-difiża u s-sigurtà.

Sib aktar tagħrif dwar: id-Difiża u l-Ispazju

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni - ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-istituzzjoni kollha għas-sena kurrenti

Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża (EDAP)

Strateġija dwar l-Ispazju għall-Ewropa

Tmexxija u organizzazzjoni

Commissioner for Internal Market, European Commission
Thierry Breton
5 MARZU 2024
DG DEFIS - Organisation chart

Kuntatt

Directorate-General for Defence Industry and Space

Isem
Directorate-General for Defence Industry and Space
Numru tat-telefown
+32 2 299 11 11 (Is-switchboard tal-Kummissjoni)
Indirizz postali
European Commission, Rue de la Loi 130/Wetstraat 130, 1049 B-1049 Brussels, Belgium