Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet19 Marzu 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Il-Forum Umanitarju Ewropew iwiegħed aktar minn €7.7 biljun għall-kriżijiet globali

Médecins Du Monde staff hold a training session in a rural community

 

Kważi 300 miljun persuna fid-dinja kollha se jeħtieġu assistenza umanitarja u protezzjoni fl-2024. L-UE se tipprovdi aktar minn €7.7 biljun f’finanzjament umanitarju għall-2024, wara l-Forum Umanitarju Ewropew li laqqa’ flimkien mexxejja u esperti umanitarji fi Brussell. Il-flus se jmorru lejn soluzzjonijiet aktar effiċjenti u fit-tul għall-isfidi umanitarji globali.

Il-parteċipanti tal-Forum qablu li

  • iżidu l-finanzjament biex jiġi indirizzat id-distakk bejn il-ħtiġijiet umanitarji u r-riżorsi disponibbli
  • jindirizzaw il-kunflitti u jippreservaw l-ispazju umanitarju, b’mod partikolari fis-sitwazzjoni li qed tiddeterjora fl-Istrixxa ta’ Gaża
  • jippromwovu r-rispett tad-Dritt Umanitarju Internazzjonali globalment f’konflitti armati. Inizjattiva indipendenti u mhux governattiva ġdida se tiffoka fuq din il-kwistjoni.
  • ilaqqgħu l-appoġġ umanitarju mal-isforzi għall-iżvilupp u l-paċi  
  • iżidu l-finanzjament għall-klima għal żoni affettwati mill-kunflitti u vulnerabbli għall-klima.

Il-Forum Umanitarju Ewropew ġie koorganizzat mill-Kummissjoni Ewropea u l-Presidenza Belġjana tal-Kunsill tal-UE, li laqqa’ 1,400 rappreżentant minn madwar il-komunità umanitarja, il-pajjiżi tal-UE u lil hinn.

L-UE hija waħda mill-akbar donaturi tal-għajnuna fid-dinja. L-għajnuna umanitarja tal-UE tkopri oqsma ta’ intervent bħal: l-ikel u n-nutrizzjoni, il-kenn, il-kura tas-saħħa, l-ilma, is-sanità, u l-edukazzjoni. L-assistenza umanitarja ffinanzjata mill-UE tingħata fi sħubija mal-aġenziji tan-NU, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-NGOs.

Għal iktar informazzjoni

Forum Umanitarju Ewropew tal-2024

Għajnuna umanitarja tal-UE

Il-kriżi tal-Lvant Nofsani

Stqarrija għall-istampa: Il-Forum Umanitarju Ewropew iħabbar wegħdiet ta’ aktar minn €7.7 biljun għall-kriżijiet globali

Kooperazzjoni għall-iżvilupp

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
19 Marzu 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni