Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet13 Mejju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Aħjar flimkien: Kokreazzjoni tal-futur tas-saħħa mentali

Demography in the EU, ages 12-18 - Poland

 

Din il-ġimgħa timmarka l-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali, opportunità għal kulħadd biex jaħdem għas-saħħa mentali aħjar għal kulħadd. 

Bit-tema “kokreazzjoni”, il-Ġimgħa tas-Saħħa Mentali tal-2024 tiffoka fuq approċċ kollaborattiv li jinvolvi lil kull min jaħdem flimkien biex jiżviluppa u jimplimenta politiki u programmi li jrawmu saħħa mentali pożittiva. 

Ilkoll smajna stejjer ta’ adolexxenti li għalihom l-iskrins, flimkien mal-pjattaformi tal-media soċjali, saru integrali għal ħajjithom, xi drabi għad-detriment tas-saħħa mentali tagħhom, jew ta’ persuni anzjani li jħossuhom waħedhom, ta’ ħaddiema li qed jesperjenzaw eżawriment. Il-pandemija tal-COVID-19, il-gwerra Russa fl-Ukrajna, it-tibdil fil-klima, iż-żieda fl-ispejjeż tal-enerġija u l-għoli tal-ħajja kollha kellhom konsegwenzi fit-tul fuq is-saħħa mentali tan-nies

F’Ġunju 2023, il-Kummissjoni nediet approċċ komprensiv għas-saħħa mentali biex tkisser l-istigma u tippromwovi saħħa mentali tajba: 

  • bi trawwim ta’ interventi bikrija u b’appoġġ f’waqtu kull meta jkun meħtieġ 
  • b’ħidma id f’id mal-awtoritajiet nazzjonali biex tiġi żviluppata gwida tal-UE dwar l-istigma u d-diskriminazzjoni
  • b’impenn ta’ €11-il miljun mill-programm l-UE għas-Saħħa biex jiġu identifikati l-lakuni u tinbena l-kapaċità 
  • it-tnedija ta’ proġett ta’ €9 miljun biex jitħarrġu l-professjonisti tal-kura tas-saħħa kif ukoll l-għalliema u l-ħaddiema soċjali fl-għoti ta’ kura tas-saħħa mentali komprensiva 
  • b’għoti ta’ €10 miljun ieħor biex tiġi appoġġjata s-saħħa mentali ta’ gruppi vulnerabbli, bħat-tfal u r-refuġjati 
  • bi żvilupp ta’ linji gwida ġodda għall-mexxejja tal-iskejjel, l-edukaturi u dawk li jfasslu l-politika dwar il-benesseri u s-saħħa mentali taż-żgħażagħ u l-għalliema 

Fl-UE, l-ispiża annwali tal-problemi tas-saħħa mentali fit-tfal u ż-żgħażagħ hi stmata għal €50 biljun. Billi nkissru l-iżolamenti u nrawmu kollaborazzjoni vera, se niksbu saħħa mentali aħjar għal kulħadd.  

Għal aktar informazzjoni 

Ġimgħa tas-Saħħa Mentali 

Stqarrija mill-Kummissarju Kyriakides biex tfakkar il-Ġimgħa Ewropea tas-Saħħa Mentali 

Skeda informattiva dwar l-approċċ tal-UE għas-saħħa mentali 

Approċċ komprensiv għas-saħħa mentali 

Linji gwida ġodda għal dawk li jfasslu l-politika u l-edukaturi 

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
13 Mejju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni