Mur għall-kontenut ewlieni

Xi jfissru protezzjoni tad-data “mid-disinn” u “b'mod awtomatiku”?

Tweġiba

Il-kumpaniji/organizzazzjonijiet huma mħeġġa jimplimentaw miżuri tekniċi u organizzazzjonali, fl-aktar stadji bikrija tad-disinn tal-operazzjonijiet ta' proċessar, b'tali mod li jissalvagwardja l-prinċipji tal-privatezza u tal-protezzjoni tad-data mill-bidu nett (“il-protezzjoni tad-data mid-disinn”). B'mod awtomatiku, il-kumpaniji/organizzazzjonijiet għandhom jiżguraw li d-data personali tiġi pproċessata bl-ogħla protezzjoni tal-privatezza (pereżempju tiġi pproċessata bissid-data meħtieġa, perjodu tal-ħażna qasir, aċċessibbiltà limitata) sabiex b'mod awtomatiku d-data personali ma tkunx aċċessibbli għal numru indefinit ta' persuni (“il-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku”).

Eżempji

Il-protezzjoni tad-data mid-disinn
L-użu tal-psewdonimizzazzjoni (is-sostituzzjoni ta' materjal personalment identifikabbli b'identifikaturi artifiċjali) u l-kriptaġġ (l-ikkowdjar ta' messaġġi sabiex dawk biss awtorizzati jkunu jistgħu jaqrawhom).

Il-protezzjoni tad-data b'mod awtomatiku
Pjattaforma tal-midja soċjali għandha titħeġġeġ biex tistabbilixxi l-konfigurazzjonijiet tal-profili tal-utenti bl-aktar konfigurazzjoni li tiffavorixxi l-privatezza billi, pereżempju, tillimita mill-bidu l-aċċessibilità tal-profili tal-utenti sabiex ma jkunux aċċessibbli b'mod awtomatiku għal numru indefinit ta' persuni.

Referenzi

Examples

Data protection by design
The use of pseudonymisation (replacing personally identifiable material with artificial identifiers) and encryption (encoding messages so only those authorised can read them).

Data protection by default
A social media platform should be encouraged to set users’ profile settings in the most privacy-friendly setting by, for example, limiting from the start the accessibility of the users’ profile so that it isn’t accessible by default to an indefinite number of persons.