Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Hija permessa xi flessibilità fir-rigward tal-livell ta' speċifikazzjoni u granularità tal-kunsens fil-kuntest tar-riċerka xjentifika. Meta tinġabar id-data personali, ir-riċerkaturi jistgħu ma jkunux kapaċi jidentifikaw bis-sħiħ il-finijiet għall-ipproċessar tagħha. F'dawk il-każijiet jistgħu jitolbu lill-individwi jagħtu l-kunsens għal ċerti oqsma ta' riċerka xjentifika jew għal partijiet mill-proġetti ta' riċerka. F'kull każ, il-kunsens għandu jżomm l-elementi prinċipali tiegħu, jiġifieri għandu jingħata b'mod liberu, infurmat, miksub permezz ta' azzjoni affermattiva ċara u speċifiku sakemm ikun permess mir-riċerka inkwistjoni. Ir-riċerkaturi għandhom jiżguraw li jikkonformaw ukoll mal-istandards etiċi u metodoloġiċi meħtieġa fil-qasam tagħhom.

Eżempju

 Grupp ta' riċerkaturi jixtiequ jistudjaw kanċer speċifiku imma huma konxji mill-implikazzjonijiet possibbli għal tipi oħrajn ta' kanċers. F'dak il-każ jistgħu jitolbu għall-kunsens ta' persuna biex jipproċessaw id-data relatata mar-riċerka dwar il-kanċer.

Referenza

Example

A group of researchers wants to study a specific kind of cancer but are aware of the possible implications for other kinds of cancers. In such a case they can ask for a person’s consent to process data relating to cancer research.