Mur għall-kontenut ewlieni

Għal liema data personali u informazzjoni jista' individwu jitlob aċċess?

Tweġiba

Meta xi ħadd jitlob aċċess għad-data personali tiegħu, il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek  għandha:

  • tikkonferma jekk hux qed tipproċessa jew le id-data personali li tikkonċernahom;
  • tipprovdi kopja tad-data personali li għandha dwarhom;
  • tipprovdi informazzjoni dwar l-ipproċessar (bħall-finijiet, il-kategoriji tad-data personali, ir-riċevituri, eċċ.).

Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek  għandha tipprovdi lill-individwu b'kopja tad-data personali tagħhom mingħajr ħlas. Madankollu, tista' tintlab tariffa raġjonevoli għal kwalunkwe kopja oħra .

L-eżerċizzju tad-dritt ta' aċċess huwa marbut mill-qrib mal-eżerċizzju tad-dritt għall-portabbiltà tad-data — li jippermetti lill-individwu jittrażmetti d-data tiegħu lil organizzazzjoni oħra.

Huwa importanti li, fl-Avviż ta' Privatezza tal-kumpanija/organizzazzjoni  tiegħek, ikun hemm distinzjoni ċara bejn iż-żewġ drittijiet.  Għaldaqstant hu meħtieġ li iż-żewġ drittijiet jissemmew fil-qosor u b'mod separat.

Eżempju

Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tipprovdi servizz ta' netwerking soċjali onlajn fejn l-individwi jistgħu jiskambjaw messaġġi u ritratti. Utent jitlob aċċess għad-data personali tiegħu u jitlob biex jivverifika x'data personali dwaru qed tiġi pproċessata mill-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek  għandha tikkonferma li qed tipproċessa data personali li tirrigwardah u tipprovdilu kopja tagħha(bħal ismu, id-dettalji ta' kuntatt, il-messaġġi u r-ritratti skambjati). Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek għandha tipprovdih ukoll bl-informazzjoni dwar l-ipproċessar — normalment dik tkun l-avviż ta' privatezza tas-servizz tiegħek.

Referenzi

Example

Your company/organisation provides an online social networking service whereby individuals can exchange messages and pictures. A user requests to access their personal data and to verify what personal data which concerns them is processed by your company/organisation. Your company/organisation  must confirm that it is processing personal data which concerns them and provide a copy (such as  name, contact details, messages and pictures exchanged). Your company/organisation must also provide them with information about the processing – usually that would be in the privacy notice of your service.