Mur għall-kontenut ewlieni

Il-Pjattaforma Fit for Future (F4F)

Il-Pjattaforma Fit for Future hija grupp ta’ esperti ta’ livell għoli u se tgħin lill-Kummissjoni fl-isforzi tagħha biex tissimplifika l-liġijiet tal-UE u biex tnaqqas l-ispejjeż mhux meħtieġa relatati. Dawn l-isforzi huma parti mill-programm dwar l-idoneità u l-prestazzjoni tar-regolamentazzjoni (REFIT) L-F4F se teżamina jekk il-liġijiet eżistenti jistgħux jilħqu l-objettivi tagħhom b’mod effiċjenti hekk kif nindirizzaw sfidi ġodda bħad-diġitalizzazzjoni. Il-Kummissjoni se tqis l-opinjonijiet tal-Pjattaforma biex tiżgura li l-liġijiet tal-UE jgħinu, mhux ixekklu, lin-nies u lin-negozji, b’mod partikolari l-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju.