Mur għall-kontenut ewlieni

Boroż ta’ studju għall-istudenti tal-interpretazzjoni tal-konferenzi

Min jista’ japplika, rekwiżiti ta’ eliġibbiltà u ammont ta’ finanzjament

Boroż ta’ studju

Is-sejħa għall-applikazzjonijiet għas-sena akkademika 2024-2025 issa hi miftuħa.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja proposta għall-istudji ta’ Masters/postgradwatorji fl-Interpretazzjoni tal-Konferenzi tikkonsisti f’pagament wieħed u se tammonta għall-ekwivalenti tal-miżata tar-reġistrazzjoni (miżata għat-tagħlim u/jew miżata amministrattiva) imħallsa għas-sena akkademika 2024-2025, b’ammont massimu ta’ €3,000. 

Jekk jogħġbok iċċekkja s-sejħa hawn taħt għal aktar informazzjoni dwar ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà u l-proċedura tal-applikazzjoni.

17 MEJJU 2024
Call for applications - Bursaries for Conference Interpreting students 2024-2025

Skadenza għall-applikazzjonijiet

L-iskadenza għall-applikazzjonijiet hi l-Ħamis, 26 ta’ Settembru 2024, 17.00 (ħin ta’ Brussell).

Rekwiżiti tal-eliġibbiltà

Tista’ tkun eliġibbli għal borża ta’ studju jekk:

  • inti rreġistrat f’kors tal-istudju ta’ masters/postgradwatorju fl-interpretazzjoni tal-konferenzi jew beħsiebek tirreġistra f’wieħed (għal korsijiet li jdumu aktar minn sena, trid tkun irreġistrat fl-aħħar sena tiegħek)
  • inti ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE jew ta’ wieħed mill-pajjiżi kandidati
  • u trid tħallas / tkun ħallast miżata tar-reġistrazzjoni għall-kors tiegħek (miżata tat-tagħlim u/jew miżata amministrattiva)

U jekk tissodisfa wieħed mir-rekwiżiti li ġejjin:

a) inti rreġistrat fil-kors b’waħda mil-lingwi attivi li ġejjin (il-lingwa “A”): Il-Bulgaru, il-Kroat, iċ-Ċek, id-Daniż, l-Olandiż, l-Ingliż, l-Estonjan, il-Finlandiż, il-Franċiż, il-Ġermaniż, il-Grieg, l-Irlandiż, it-Taljan, il-Latvjan, il-Malti, il-Portugiż, is-Slovakk jew is-Sloven.

b) inti rreġistrat fil-kors b’retour għall-Ingliż, għall-Franċiż jew għall-Ġermaniż, minn waħda minn dawn il-lingwi attivi: l-Ungeriż, il-Litwan, il-Pollakk, ir-Rumen, l-Ispanjol jew l-Iżvediż.

F’kull każ, jeħtieġ li l-lingwi passivi u/jew il-lingwa retour tiegħek ikunu f’konformità mal-profili preferenzjali kif ippubblikati fis-sejħa għall-applikazzjonijiet.

 

Kuntatt

Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni - Boroż ta’ Studju

Isem
Id-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni - Boroż ta’ Studju
Email
scic-bursariesatec [dot] europa [dot] eu

Dikjarazzjoni ta’ privatezza

16 NOVEMBRU 2023
Privacy statement - management of interpreter training support activities in the European Union and enlargement countries