Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet8 April 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Il-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida 2024

A primary school with its own climate adaptive playground

 

Il-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida (NEB) se jsir fid-9-13 ta’ April f’Parc du Cinquantenaire u l-Mużew tal-Arti u l-Istorja fi Brussell. Dan se jlaqqa’ flimkien nies minn kull qasam tal-ħajja biex jiddibattu u jsawru l-futur tagħna f’wieħed sostenibbli, inklużiv u sabiħ.

Din is-sena, il-Festival se jesplora suġġetti bħall-ambjenti ta’ kenn u ta’ għajxien, l-art u l-ilma, il-moda u l-benesseri uman fid-dawl tal-ambjent li qed jinbidel. Kulħadd huwa mistieden jara l-Festival online, jattendi avvenimenti mal-Ewropa kollha u lil hinn minnha, jew jieħu sehem f’avvenimenti ewlenin li jseħħu fi Brussell:

  • Forum: li fih it-temi ewlenin u diskussjonijiet tal-panel
  • Fiera: b’workshops, laboratorji, u wirjiet
  • Festival: wiri ta’ prestazzjonijiet artistiċi

Il-Festival se jinkludi wkoll iċ-ċerimonja tal-għoti tal-premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida, li tippremja 20 proġett, disinn u idea li jinkorporaw il-valuri tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida. Din is-sena, ilqajna applikazzjonijiet ta’ proġetti fl-Ukrajna, minbarra dawk mill-pajjiżi tal-UE u s-sħab tal-Balkani tal-Punent. L-edizzjoni ta’ din is-sena se tagħti rikonoxximent speċjali lill-isforz ta’ rikostruzzjoni u rkupru tal-Ukrajna u se tixħet dawl fuq ir-reġjuni mal-UE kollha li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet soċjoekonomiċi aktar intensi, kif ukoll postijiet li qed jiffaċċjaw sfidi biex jevolvu lejn ekonomija newtrali f’termini ta’ emissjonijiet tal-karbonju.

Il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida hija inizjattiva kreattiva u interdixxiplinari li tikkollega l-Patt Ekoloġiku Ewropew mal-ispazji tal-għajxien u mal-esperjenzi tagħna. Hi ġiet varata mill-Kummissjoni Ewropea u tistieden lilna lkoll biex nimmaġinaw u nibnu flimkien futur sostenibbli u inklużiv li huwa sabiħ għal għajnejna, moħħna u ruħna.

Skopri aktar

Il-Festival tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-Premjijiet tal-Bauhaus Ewropea l-Ġdida għall-2024

Aktar dwar il-Bauhaus Ewropea l-Ġdida

Il-Patt Ekoloġiku Ewropew

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
8 April 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni