Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet11 Ġunju 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

L-UE ssaħħaħ l-appoġġ għall-irkupru tal-Ukrajna

Ursula von der Leyen giving a speech at Ukraine Recovery Conference in Berlin

 

Kważi 900 jum wara l-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja, qed issir Konferenza dwar l-Irkupru tal-Ukrajna f’Berlin biex tgħin tiżgura li l-Ukrajna tkun tista’ tkompli tiddefendi lilha nnifisha. Fil-Konferenza dwar l-Irkupru, il-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen ħabbret diversi inizjattivi ġodda li se jgħinu biex jiġi żgurat li l-Ukrajna tibqa’ l-ħakkiema tal-futur tagħha stess u tersaq eqreb lejn l-Unjoni Ewropea.  

Fil-Konferenza, l-UE: 

  • iffirmat ftehimiet b’valur ta’ €1.4 biljun ma’ banek sħab biex jattiraw investimenti fl-Ukrajna mis-settur privat, 
  • ħabbret appoġġ iddedikat għal investimenti ta’ ekwità fl-Ukrajna bl-għan li jittejjeb il-finanzjament għan-negozji Ukreni, speċjalment għall-SMEs u n-negozji ġodda li jistgħu jgħinu biex tiġi mmodernizzata l-ekonomija tal-Ukrajna, 
  • ħabbret it-twassil ta’ €1.9 biljun addizzjonali mill-faċilità tal-Ukrajna tal-UE sal-aħħar ta’ Ġunju, minħabba l-progress li sar bil-Pjan għall-Ukrajna, sensiela ta’ riformi kontra l-korruzzjoni u strateġija ta’ investiment, 
  • ħabbret it-trasferiment ta’ madwar €1.5 biljun sa Lulju, ta’ profitti mhux mistennija ġġenerati mill-assi Russi immobilizzati għall-investimenti fid-difiża u r-rikostruzzjoni tal-Ukrajna. 

Barra minn hekk, kważi €500 miljun inġabru għal tiswijiet urġenti fis-settur tal-enerġija tal-Ukrajna, permezz tal-Fond ta’ Appoġġ għall-Enerġija. Il-mekkaniżmu tal-UE għall-Protezzjoni Ċivili għen biex jiġu mobilizzati aktar minn 15,000 pannell solari biex jappoġġja s-settur tal-enerġija tal-Ukrajna u issa qed jippjana li jipprovdi 1,000 ġeneratur tal-enerġija ieħor permezz tar-riżervi strateġiċi tar-rescEU. Barra minn hekk, l-UE qablet ukoll li teżenta lill-Ukrajna milli tħallas l-obbligi finanzjarji tagħha relatati mal-parteċipazzjoni tagħha f’14-il programm tal-UE.   

Mill-bidu tal-aggressjoni Russa, l-appoġġ finanzjarju, umanitarju, ta’ emerġenza, baġitarju u militari tal-UE lill-Ukrajna jammonta għal kważi €100 biljun.

Għal aktar informazzjoni 

Solidarjetà tal-UE mal-Ukrajna 

Irkupru u rikostruzzjoni tal-Ukrajna 

Diskors tal-ftuħ mill-President von der Leyen fil-Konferenza dwar l-Irkupru tal-Ukrajna 

Stqarrija għall-istampa: L-UE tiffirma €1.4 biljun ta’ ftehimiet ġodda ta’ garanzija u ta’ għotja biex tappoġġja l-irkupru tal-Ukrajna u tattira l-investimenti tas-settur privat

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
11 Ġunju 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni