Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

L-EDPB huwa korp tal-UE inkarigat mill-applikazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) mill-25 ta' Mejju 2018. Dan huwa magħmul mill-kap ta' kull APD u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) jew ir-rappreżentanti tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea tieħu sehem fil-laqgħat tal-EDPB mingħajr drittijiet tal-vot. Is-segretarjat tal-EDPB huwa pprovdut mill-KEPD.

L-EDPB se jkun fiċ-ċentru tax-xenarju l-ġdid tal-protezzjoni tad-data fl-UE. Dan se jgħin biex ikun żgurat li l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data tiġi applikata b'mod konsistenti madwar l-UE u jaħdem biex jiżgura kooperazzjoni effettiva bejn l-APD. Il-Bord mhux biss se joħroġ linji gwida dwar l-interpretazzjoni tal-kunċetti prinċipali tal-GDPR imma wkoll se jissejjaħ biex jirregola permezz ta' deċiżjonijiet vinkolanti, tilwim rigward l-ipproċessar transkonfinali, u għalhekk jiżgura l-applikazzjoni uniformi tar-regoli tal-UE biex jiġi evitat li potenzjalment l-istess każ jiġi trattat b'mod differenti fid-diversi ġurisdizzjonijiet.

Referenzi