Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Inti tista' titlob kumpens jekk il-kumpanija jew l-organizzazzjoni ma tkunx irrispettat il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data u inti tkun ġarrabt danni finanzjarji (pereżempju telf finanzjarju) jew danni mhux finanzjarji (pereżempju tbatija jew telf tar-reputazzjoni). Inti tista' tagħmel talba lill-kumpanija jew lill-organizzazzjoni kkonċernata jew quddiem il-qrati nazzjonali. Inti tista' titlob kumpens quddiem il-qrati tal-Istat Membru tal-UE fejn il-kontrollur jew il-proċessur huwa stabbilit. Alternattivament, dawn il-proċedimenti jistgħu jitressqu quddiem il-qrati tal-Istati Membri tal-UE fejn inti għandek ir-residenza abitwali tiegħek.

Eżempju

Inti tagħmel ordni fuq sit elettroniku. Is-sit iġarrab attakk ċibernetiku għaliex m'għandux sigurtà adegwata. Id-dettalji tal-karta tal-kreditu tiegħek tqiegħdu fuq sit elettroniku ieħor u ntużaw biex jinxtraw oġġetti li inti qatt ma ordnajt. Inti tista' titlob kumpens mingħand is-sit elettroniku għad-danni finanzjarji għaliex huma kisru l-liġi dwar il-protezzjoni tad-data billi ma pprovdewx sigurtà adegwata meta pproċessaw id-data.

Referenzi