Mur għall-kontenut ewlieni

X'informazzjoni għandi nirċievi meta nipprovdi d-data personali tiegħi?

Tweġiba

Fl-istess ħin li tipprovdi d-data personali tiegħek, inti għandek tirċievi, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar:

  • l-isem tal-kumpanija jew tal-organizzazzjoni li qed tipproċessa d-data tiegħek (inkluż id-dettalji ta' kuntatt tal-UPD jekk ikun hemm);
  • l-għanijiet li għalihom il-kumpanija/l-organizzazzjoni se tuża d-data tiegħek;
  • il-kategoriji ta' data personali inkwistjoni;
  • il-bażi legali għall-ipproċessar tad-data personali tiegħek;
  • għal kemm żmien se tinħażen id-data tiegħek;
  • kumpaniji/organizzazzjonijiet oħra li se jirċievu d-data tiegħek;
  • jekk id-data hux se tiġi ttrasferita barra mill-UE;
  • id-drittijiet bażiċi tiegħek fil-qasam tal-protezzjoni tad-data (eż. id-dritt għall-aċċess u għat-trasferiment tad-data jew li titneħħa d-data);
  • id-dritt li jitressaq ilment mal-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data (DPA);
  • id-dritt li tirtira l-kunsens tiegħek fi kwalunkwe ħin;
  • l-eżistenza tat-teħid awtomatizzat ta' deċiżjonijiet u l-loġika involuta, inkluż il-konsegwenzi tiegħu.

L-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata b'mod konċiż, trasparenti, li jinftiehem u miktuba b'lingwaġġ ċar u sempliċi.

Referenzi