Mur għall-kontenut ewlieni

Nista' nitlob lill-kumpanija/organizzazzjoni tibgħatli d-data personali tiegħi sabiex inkun nista' nużaha x'imkien ieħor?

Tweġiba

Jekk il-kumpanija tkun qed tipproċessa d-data personali tiegħek fuq il-bażi tal-kunsens tiegħek jew ta' kuntratt, inti tista' titlob lill-kumpanija biex tittrasferixxilek id-data personali tiegħek.

Inti tista' titlob ukoll li d-data personali tiegħek tiġi ttrasferita direttament lil kumpanija oħra li tkun tixtieq tuża s-servizzi tagħha, meta jkun teknikament fattibbli.

Eżempju

Inti membru ta' netwerk tal-midja soċjali onlajn. Tiddeċiedi li netwerk tal-midja soċjali rivali ġdid huwa adattat aħjar għall-għanijiet tiegħek u għall-età tiegħek. Inti tista' titlob lill-pjattaforma attwali tiegħek biex tittrasferixxi d-data personali tiegħek, inkluż ir-ritratti tiegħek, lin-netwerk tal-midja soċjali l-ġdid.

Referenzi

Example

You are a member of an online social media network. You decide that a new rival social media network is better suited to your aims and age-group. You can ask your current online social media network to transfer your personal data, including your photos, to the new social media network.