Interpreti parti mill-persunal
Biex issir interpretu permanenti parti mill-persunal tal-UE, l-ewwel jeħtieġlek toqgħod għall-kompetizzjoni tal-interpreti.
Il-kriterji ta’ eliġibbiltà preċiżi, b’mod partikulari l-profil ta’ lingwa meħtieġ, huma differenti għal kull kompetizzjoni.
Jekk tgħaddi mill-kompetizzjoni, tista’ tiġi offrut kuntratt permanenti fil-grad AD (grad ta’ amministratur).
Opportunitajiet - kompetizzjonijiet miftuħin u li ġejjin
Interpreti freelance
Il-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea lkoll għandhom servizz tal-interpretazzjoni, imma s-selezzjoni tal-interpreti freelance isir bi sħab bejniethom.
Test tal-akkreditazzjoni
It-test jikkonsisti f’sensiela ta’ testijiet fl-interpretazzjoni konsekuttiva u simultanja, kif ukoll, jekk ikun il-każ, f’lingwa retour.
Applika bħala interpretu freelance
Dikjarazzjoni ta’ ċaħda ta’ responsabbiltà
Jekk jogħġbok kun af li kwalunkwe ċertifikat li jinħareġ mid-Direttorat Ġenerali għall-Interpretazzjoni jiċċertifika biss il-parteċipazzjoni fil-kors ta' taħriġ rilevanti u ma jimplikax l-akkreditazzjoni bħala interpretu għall-istituzzjonijiet tal-UE.