Mur għall-kontenut ewlieni

L-inklużività

Kif iċ-ċittadini u l-gruppi jistgħu jinteraġixxu u jieħdu sehem fil-politika u t-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod miftuħ.

It-teħid tad-deċiżjonijiet b’mod miftuħ

L-attivitajiet tal-Unjoni Ewropea jaffettwaw miljuni ta’ ħajjiet ta’ ċittadini Ewropej, għalhekk id-deċiżjonijiet jeħtieġ li jittieħdu b’mod miftuħ. Hu għalhekk li l-Kummissjoni tibqa’ trasparenti meta tħejji dawn id-deċiżjonijiet u min jipparteċipa fihom. 

Bħala parti mill-politika ta’ trasparenza tal-Kummissjoni, iċ-ċittadini għandhom id-dritt li jkunu jafu min jirċievi l-finanzjament mill-baġit tal-UE u li jaċċessaw id-dokumenti li jikkontribwixxu għal kwalunkwe att legali.

L-opinjonijiet tal-pubbliku għandhom rwol importanti fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE u jistgħu, fost opzjonijiet oħrajn, jibagħtu petizzjonijiet lill-Kummissarji Ewropej dwar kwistjonijiet rilevanti. Id-dipartimenti tal-Kummissjoni jwieġbu għal dawn il-petizzjonijiet kollha bil-miktub.