Mur għall-kontenut ewlieni

Reġistru ta' trasparenza

Fittex fir-reġistru ta' trasparenza, bażi tad-data ta' gruppi ta' interess speċjali li l-għan tagħhom hu li jinfluwenzaw il-politika u t-tfassil tal-liġijiet fl-istituzzjonijiet Ewropej.

Reġistru ta' trasparenza

Ir-reġistru ta' trasparenza hu bażi tad-data li jelenka l-organizzazzjonijiet li jippruvaw jinfluwenzaw it-tfassil tal-liġijiet u l-proċess ta' implimentazzjoni tal-politika tal-istituzzjonijiet tal-UE. Ir-reġistru jagħmel viżibbli liema interessi qed ikunu segwiti, minn min u b'liema baġits. B'dan il-mod, ir-reġistru jippermetti l-iskrutinju pubbliku, billi jagħti liċ-ċittadini u lill-gruppi interessati oħrajn il-possibbiltà li jittraċċjaw l-attivitajiet tal-lobbisti.

Fittex fir-reġistru ta' trasparenza, jew irreġistra l-organizzazzjoni tiegħek.

Ir-reġistranti huma marbutin b'Kodiċi ta' Kondotta komuni.

Laqgħat ma’ rappreżentanti ta’ interess

Bħala parti mill-impenn tal-Kummissjoni għat-trasparenza, il-Kummissarji, il-membri tal-kabinett u d-Diretturi Ġenerali jippubblikaw l-informazzjoni dwar il-laqgħat miżmuma mal-organizzazzjonijiet jew mal-individwi li jaħdmu għal rashom.

Laqgħat relatati mat-tfassil u mal-implimentazzjoni tal-politika fl-UE jistgħu biss iseħħu jekk ir-rappreżentanti interessati huma reġistrati fir-reġistru ta’ trasparenza tal-UE.

Għal dettalji, jekk jogħġbok ara d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni ta’ Novembru 2014: