Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija eżekuttivaHADEA

Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali

L-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA) tindirizza l-ambizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tgħin biex tinbena mill-ġdid Ewropa wara l-COVID-19, li tkun aktar ekoloġika, aktar diġitali, aktar reżiljenti u aktar adatta għall-isfidi kurrenti u futuri.

L-aktar reċenti

Aħbarijiet minn dan id-dipartiment

Responsabbiltajiet

L-HaDEA se timplimenta l-programmi li ġejjin (b’baġit indikattiv):

  • Il-programm L-UE għas-Saħħa: €4.7 biljun (minn baġit totali ta’ €5.3 biljun)
  • Orizzont Ewropa: Pilastru II, Raggruppament 1: Saħħa: €4.1 biljun
  • Il-Programm tas-Suq Uniku: Is-sikurezza tal-ikel: is-saħħa għall-bnedmin, l-annimali u l-pjanti tul il-katina alimentari u taħriġ aħjar għal iżjed sikurezza fl-ikel: €1.3 biljun
  • Il-Programm Ewropa Diġitali: €0.8 biljun
  • Il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa: Diġitali: €1.7 biljun
  • Orizzont Ewropa: Pilastru II, raggruppament 4: Is-Soċjetà Diġitali, l-Industrija u l-Ispazju: €5.6 biljun

Mill-2021 sal-2023, baġit addizzjonali li jammonta għal €1.6 biljun se jkun disponibbli wkoll mill-fond Next Generation EU għal azzjonijiet li huma parti mill-fergħat Diġitali u tas-Saħħa tal-programm Orizzont Ewropa.

Il-baġit totali mistenni mmaniġġjat mill-HaDEA se jammonta għal aktar minn €20 biljun matul il-perjodu ta’ 7 snin tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) għall-2021-2027.

Barra minn hekk, l-Aġenzija se tieħu f’idejha l-impenji u l-proġetti finanzjarji pendenti mill-programmi predeċessuri.

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni – ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-istituzzjoni kollha għas-sena kurrenti

 

 

 

Tmexxija u organizzazzjoni

3 MEJJU 2024
HaDEA Organisation Chart (1 May 2024)

Kuntatt

L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)

Isem
L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)
Numru tat-telefown
+32 2 299 11 11 (is-switchboard tal-Kummissjoni)
Indirizz postali
Il-Kummissjoni Ewropea, 1049 B-1049 Brussels, Belgium