Eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew uniku
Il-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa kienet sensiela ta' dibattiti u diskussjonijiet immexxijin miċ-ċittadini li saru bejn April 2021 u Mejju 2022, u li ppermettew lin-nies mill-Ewropa kollha jaqsmu l-ideat tagħhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur komuni tagħna. Il-proċess intemm bis-sottomissjoni ta’ 49 proposta lill-istituzzjonijiet tal-UE.
Bħala l-ewwel inizjattiva tat-tip tagħha li qatt saret, il-Konferenza kienet eżerċizzju demokratiku pan-Ewropew importanti. Kienet taħlita ta’ dibattiti mmexxijin miċ-ċittadini ma’ għodod innovattivi, inkluża pjattaforma diġitali multilingwi fejn kwalunkwe Ewropew seta’ jaqsam l-ideat, kif ukoll panels taċ-ċittadini fil-livell nazzjonali u f’dak Ewropew.
Iż-żgħażagħ b’mod partikolari kienu mħeġġa jieħdu sehem u jixxerjaw l-ideat tagħhom. Anki l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali, reġjonali, u lokali, kif ukoll is-soċjetà ċivili u organizzazzjonijiet oħrajn organizzaw avvenimenti biex jinvolvu kemm jista’ jkun nies.
B’aktar minn 5 miljun viżitatur uniku fil-pjattaforma u b’aktar minn 700,000 parteċipant fl-avvenimenti, il-Konferenza rnexxielha toħloq forum pubbliku għal dibattitu miftuħ, inklużiv, u trasparenti maċ-ċittadini dwar numri ta’ prijoritajiet u sfidi ewlenin.

Rapporti u proposti finali
Wara proċess eċċezzjonali ta’ diskussjonijiet, deliberazzjonijiet, u kollaborazzjoni fost ċittadini mill-Ewropa kollha dwar it-tip ta’ Ewropa li jixtiequ jgħixu fiha, li dam għaddej sena, il-Konferenza ġiet konkluża uffiċjalment fid-9 ta’ Mejju 2022 – Jum l-Ewropa – fi Strasburgu.
F’dik l-okkażjoni, il-Kopresidenti tal-Bord Eżekuttiv tal-Konferenza ppreżentaw rapport finali li fih id-49 proposta lill-Presidenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni.
Dawn il-proposti koprew disa’ suġġetti:
Is-segwitu tal-Kummissjoni dwar l-eżitu tal-Konferenza
Fis-17 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni ppubblikat valutazzjoni dettaljata ta’ x’għandu jsir fuq il-bażi tal-proposti tal-Konferenza. Din kien fiha ħarsa ġenerali lejn il-passi li jmiss, tistabbilixxi kif l-aħjar nitgħallmu mill-Konferenza u tinkorpora d-demokrazija parteċipattiva fil-politika u t-tfassil tal-liġijiet tal-UE.
Pereżempju, fuq il-bażi tas-suċċess tal-Panels taċ-Ċittadini Ewropej, il-Kummissjoni introduċiet ġenerazzjoni ġdida tagħhom. Dawn il-panels ilaqqgħu liċ-ċittadini flimkien biex jiddeliberaw u jagħmlu rakkomandazzjonijiet qabel jittieħdu inizjattivi ta’ politika ewlenin.
Sir af aktar dwar il-Panels taċ-Ċittadini Ewropej
Abbażi tar-rapport finali tal-Konferenza, fid-diskors tagħha dwar l-Istat tal-Unjoni tal-2022, kif ukoll fl-Ittra ta’ Intenzjoni ta’ miegħu, il-President tal-Kummissjoni, Ursula von der Leyen, ħabbret diversi proposti ġodda. Dawn il-proposti ġew inklużi wkoll fil-programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni għall-2023.
Biex jinżamm ħaj l-involviment taċ-ċittadini li pparteċipaw fil-Konferenza u jinżammu infurmati, f’Diċembru 2022 ġie organizzat avveniment ta’ feedback. Dan ipprovda opportunità biex jiġi spjegat liċ-ċittadini kif it-tliet istituzzjonijiet tal-UE qed isegwu l-proposti mill-Konferenza.
Dokumenti
- Deutsch
- français
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
- Deutsch
- français
Skedi informattivi
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska
- български
- español
- čeština
- dansk
- Deutsch
- eesti
- ελληνικά
- English
- français
- Gaeilge
- hrvatski
- italiano
- latviešu
- lietuvių
- magyar
- Nederlands
- polski
- português
- română
- slovenčina
- slovenščina
- suomi
- svenska