X’tagħmel l-UE L-industrija hija s-sinsla tal-ekonomija Ewropea – li tixpruna t-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni madwar il-kontinent. Din tiġġenera aktar minn 20 % tal-valur miżjud totali tal-UE u ssostni 35 miljun impjieg. Biex tibqa’ kompetittiva u indipendenti f’dinja li qed tinbidel malajr, l-UE qed iżżid l-isforzi tagħha biex tgħin lill-industriji tagħha jadattaw u jirnexxu.L-UE hija ffukata fuq l-għajnuna lin-negozji biex isiru diġitali u ekoloġiċi – bl-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, u s-sigurtà ekonomika fil-qalba. Suq uniku b’saħħtu jagħmilha aktar faċli biex isir in-negozju, filwaqt li miżuri ġodda għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija, jattiraw l-investiment, u jiżguraw aċċess għal forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati.Permezz tal-politika industrijali tagħha, l-UE tappoġġa lin-negozji ta’ kull daqs biex jespandu t-teknoloġiji nodfa, jiżguraw l-aċċess għal materjali kritiċi, u jiżviluppaw il-ħiliet it-tajba. Il-Patt għal Industrija Nadifa jipprovdi pjan direzzjonali biex tingħata spinta lill-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni. Dan jiffoka fuq l-enerġija affordabbli, id-domanda għal prodotti nodfa, iċ-ċirkolarità, il-finanzjament, u l-impjiegi ta’ kwalità, filwaqt li jżid is-sigurtà u jnaqqas id-dipendenzi. Ċifri ewlenin 99 % tan-negozji Ewropej huma intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju84.9 miljun impjieg f’negozji żgħar u ta’ daqs medju35 miljun impjieg fl-industrija Sors: Rapport Annwali dwar l-SMEs Ewropej (2022-2023) Oqsma fejn trid tittieħed azzjoniStrateġija industrijali tal-UEEsplora l-viżjoni tal-Ewropa għal industrija ekoloġika, diġitali u kompetittivaIr-riċerka u innovazzjoni industrijaliTgħallem kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jixprunaw it-trasformazzjoni industrijalil-Intraprenditorija u l-SMEsSkopri t-tipi kollha ta’ appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)Twettiq ta’ negozju fl-UESkopri kif tibda negozju fl-UE u sir af ir-regoli li għandek issegwi, mill-proprjetà intellettwali għat-taxxa u l-kummerċIl-manifattura avvanzataAra kif l-UE tappoġġa l-użu ta’ teknoloġiji u prattiki innovattivi biex tittejjeb il-produzzjoni tal-oġġettiPerkorsi ta’ TranżizzjoniPjanijiet li jiggwidaw l-industriji tal-Ewropa lejn trasformazzjoni ekoloġika, diġitali u sostenibbliAlleanzi industrijaliInsaħħu l-industrija tal-Ewropa permezz ta’ kollaborazzjoniIl-politika tar-raggruppamentiAra kif l-UE tappoġġa r-raggruppamenti tan-negozju fit-tisħiħ tal-innovazzjoni, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltàAtt dwar il-Materja Prima KritikaNiżguraw provvista affidabbli u sostenibbli ta’ materja prima kritika għall-industrija tal-EwropaL-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero NettiNagħtu spinta lill-manifattura ta’ teknoloġija nadifa għal futur newtrali għall-klimaSostenibbiltàNiffaċilitaw it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klimaTrasformazzjoni diġitaliNittrasformaw l-industrija tal-Ewropa permezz tal-innovazzjoni diġitali Kisbiet ewlenin Permezz ta’ investimenti mmirati, programmi ta’ innovazzjoni, u standards b’saħħithom, il-Kummissjoni Ewropea tgħin lin-negozji jirnexxu u jmexxu t-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali.L-UE mmobilizzat €52.7 biljun f’investimenti fi tranżizzjoni industrijali, filwaqt li appoġġat lin-negozji f’teknoloġiji nodfa, iċ-ċirkolarità, u d-dekarbonizzazzjoni.Kull sena, in-Network Enterprise Europe jappoġġa kważi 20,000 SME b’servizzi ta’ konsulenza u sħubija mfassla apposta, u jgħin lil ħafna biex iżidu l-fatturat tagħhom b’aktar minn 20 %.Mill-2023 sal-2025, il-proġett Euroclusters ipprovda finanzjament dirett immirat lil 2,000 SME biex jaċċelleraw it-tranżizzjoni ekoloġika u diġitali tagħhom.Il-Kummissjoni introduċiet kategorija ġdida ta’ “kumpaniji żgħar b’kapitalizzazzjoni medja” biex tappoġġa aħjar lill-intrapriżi li qed jikbru malajr u tnaqqas id-distakk bejn l-SMEs u l-korporazzjonijiet il-kbar.L-UE tkompli ssaħħaħ l-innovazzjoni u r-reżiljenza industrijali, b’enfasi qawwija fuq it-tranżizzjonijiet ekoloġiċi u diġitali fl-istrateġija industrijali aġġornata tagħha.Il-Pjan ta’ Azzjoni għall-Industrija Ewropea tas-Sustanzi Kimiċi juri l-isforzi ta’ modernizzazzjoni tal-UE speċifiċi għas-settur, l-indirizzar tal-kostijiet tal-enerġija, il-kompetizzjoni globali, u l-inkoraġġiment tal-innovazzjoni sostenibbli. Taħt il-lenti Gwida prattika għan-negozju fl-EwropaL-UE qed taħdem biex tneħħi l-ostakli għall-kummerċ billi tippromwovi suq tal-UE favorevoli għan-negozju bbażat fuq regoli u standards sempliċi, trasparenti u konsistenti. Il-portal Your Europe jipprovdi informazzjoni utli dwar kollox mit-tmexxija ta’ negozju u t-tassazzjoni sar-riżorsi umani u r-rekwiżiti tal-prodotti.Sir af aktar L-aħħar aħbarijiet 12 Marzu 2026Commission presents measures to increase EU's energy independence and affordability10 Marzu 2026Commission unveils strategy to bring Europe’s first SMRs online by the early 2030sAra kollox Eventi 10 Marzu 2026Research Conference on the Single Market27 Frar 2026EU at PDAC 2026Ara kollox Informazzjoni relatataId-Direttorat Ġenerali għas-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEsIl-Kunsill Ewropew tal-Innovazzjoni u l-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea tal-SMEs (EISMEA)L-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għas-Saħħa u għall-Qasam Diġitali (HaDEA)Setturi tan-negozjuProgramm InvestEU Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 2 Marzu 2026
L-industrija hija s-sinsla tal-ekonomija Ewropea – li tixpruna t-tkabbir, l-impjiegi u l-innovazzjoni madwar il-kontinent. Din tiġġenera aktar minn 20 % tal-valur miżjud totali tal-UE u ssostni 35 miljun impjieg. Biex tibqa’ kompetittiva u indipendenti f’dinja li qed tinbidel malajr, l-UE qed iżżid l-isforzi tagħha biex tgħin lill-industriji tagħha jadattaw u jirnexxu.L-UE hija ffukata fuq l-għajnuna lin-negozji biex isiru diġitali u ekoloġiċi – bl-innovazzjoni, id-dekarbonizzazzjoni, u s-sigurtà ekonomika fil-qalba. Suq uniku b’saħħtu jagħmilha aktar faċli biex isir in-negozju, filwaqt li miżuri ġodda għandhom l-għan li jnaqqsu l-burokrazija, jattiraw l-investiment, u jiżguraw aċċess għal forza tax-xogħol b’ħiliet speċjalizzati.Permezz tal-politika industrijali tagħha, l-UE tappoġġa lin-negozji ta’ kull daqs biex jespandu t-teknoloġiji nodfa, jiżguraw l-aċċess għal materjali kritiċi, u jiżviluppaw il-ħiliet it-tajba. Il-Patt għal Industrija Nadifa jipprovdi pjan direzzjonali biex tingħata spinta lill-kompetittività u d-dekarbonizzazzjoni. Dan jiffoka fuq l-enerġija affordabbli, id-domanda għal prodotti nodfa, iċ-ċirkolarità, il-finanzjament, u l-impjiegi ta’ kwalità, filwaqt li jżid is-sigurtà u jnaqqas id-dipendenzi.
Strateġija industrijali tal-UEEsplora l-viżjoni tal-Ewropa għal industrija ekoloġika, diġitali u kompetittiva
Ir-riċerka u innovazzjoni industrijaliTgħallem kif ir-riċerka u l-innovazzjoni jixprunaw it-trasformazzjoni industrijali
l-Intraprenditorija u l-SMEsSkopri t-tipi kollha ta’ appoġġ għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs)
Twettiq ta’ negozju fl-UESkopri kif tibda negozju fl-UE u sir af ir-regoli li għandek issegwi, mill-proprjetà intellettwali għat-taxxa u l-kummerċ
Il-manifattura avvanzataAra kif l-UE tappoġġa l-użu ta’ teknoloġiji u prattiki innovattivi biex tittejjeb il-produzzjoni tal-oġġetti
Perkorsi ta’ TranżizzjoniPjanijiet li jiggwidaw l-industriji tal-Ewropa lejn trasformazzjoni ekoloġika, diġitali u sostenibbli
Il-politika tar-raggruppamentiAra kif l-UE tappoġġa r-raggruppamenti tan-negozju fit-tisħiħ tal-innovazzjoni, ir-reżiljenza u s-sostenibbiltà
Att dwar il-Materja Prima KritikaNiżguraw provvista affidabbli u sostenibbli ta’ materja prima kritika għall-industrija tal-Ewropa
L-Att dwar l-Industrija b’Emissjonijiet Żero NettiNagħtu spinta lill-manifattura ta’ teknoloġija nadifa għal futur newtrali għall-klima
SostenibbiltàNiffaċilitaw it-tkabbir sostenibbli u l-innovazzjoni lejn ekonomija newtrali għall-klima
Gwida prattika għan-negozju fl-EwropaL-UE qed taħdem biex tneħħi l-ostakli għall-kummerċ billi tippromwovi suq tal-UE favorevoli għan-negozju bbażat fuq regoli u standards sempliċi, trasparenti u konsistenti. Il-portal Your Europe jipprovdi informazzjoni utli dwar kollox mit-tmexxija ta’ negozju u t-tassazzjoni sar-riżorsi umani u r-rekwiżiti tal-prodotti.Sir af aktar