Mur għall-kontenut ewlieni
Artiklu tal-aħbarijiet24 Jannar 2024Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni1 min qari

Aktar appoġġ għan-negozji ġodda tal-intelliġenza artifiċjali biex tingħata spinta lill-innovazzjoni

A REEM-C robot manipulated by an engineer

 

Il-Kummissjoni qed iżżid l-appoġġ tagħha għall-istart-ups u għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) Ewropej sabiex ikunu jistgħu jiżviluppaw intelliġenza artifiċjali (IA) affidabbli li tirrispetta l-valuri u r-regoli tal-UE. 

Il-pakkett il-ġdid tal-IA jinkludi firxa wiesgħa ta’ miżuri li jappoġġjaw lil dawn in-negozji ġodda u l-innovazzjoni, flimkien ma’ proposta biex jiġi pprovdut aċċess privileġġat għas-supercomputers lill-istart-ups tal-IA u lill-komunità usa’ tal-innovazzjoni. Miżuri oħra jinkludu:

  • l-istabbiliment ta’ Fabbriki tal-IA u l-iżgurar li l-infrastruttura tas-supercomputers tal-IA disponibbli għall-istart-ups tkun tista’ tinxtara u tiġi aġġornata
  • deċiżjoni biex jiġi stabbilit Uffiċċju tal-IA fil-Kummissjoni li jista’ jiżviluppa u jikkoordina l-politika dwar l-IA fil-livell Ewropew u jissorvelja l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-Att dwar l-IA
  • Komunikazzjoni tal-UE dwar l-Istart-Ups u l-Innovazzjoni tal-IA li tiddeskrivi l-attivitajiet ewlenin bħall-appoġġ finanzjarju u tal-ekwità, l-Ispazji Komuni Ewropej tad-Data u inizjattivi oħra.

Il-Kummissjoni se tistabbilixxi wkoll żewġ Konsorzji Ewropej għall-Infrastruttura Diġitali, flimkien ma’ diversi Stati Membri. Dawn il-gruppi se jiżviluppaw infrastruttura Ewropea komuni fit-teknoloġiji tal-lingwa u fl-għodod tal-IA tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku biex jgħinu lill-bliet jottimizzaw il-proċessi, mit-traffiku għall-immaniġġjar tal-iskart.

Għal snin sħaħ, il-Kummissjoni ffaċilitat u tejbet il-kooperazzjoni fil-qasam tal-intelliġenza artfli fl-UE kollha biex tixpruna l-kompetittività tagħha u tiżgura fiduċja abbażi tal-valuri tal-UE. L-Att tal-UE dwar l-IA maqbul f’Diċembru 2023 hu l-ewwel liġi komprensiva tad-dinja dwar l-intelliġenza artifiċjali u li se jkun ta’ sostenn għall-iżvilupp, l-implimentazzjoni u l-adozzjoni ta’ IA affidabbli fl-UE.

Għal iktar informazzjoni

Eċċellenza u fiduċja fl-intelliġenza artifiċjali

Il-Patt dwar l-IA

L-Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew

Spazji Komuni Ewropej tad-Data

Stqarrija għall-istampa: Il-Kummissjoni tniedi pakkett ta’ innovazzjoni tal-IA bħala sostenn għall-istart-ups u l-SMEs tal-Intelliġenza Artifiċjali

Konsorzju għall-Infrastruttura Diġitali Ewropea (EDIC)

Dettalji

Data tal-pubblikazzjoni
24 Jannar 2024
Awtur
Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni