Mur għall-kontenut ewlieni

L-obbligi huma l-istess irrispettivament mill-ammont tad-data li tittratta l-organizzazzjoni tiegħi?

Tweġiba

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) huwa msejjes fuq l-approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Fi kliem ieħor, il-kumpaniji/l-organizzazzjonijiet li jipproċessaw id-data personali huma imħeġġa jimplimentaw miżuri protettivi li jikkorrispondu għal-livell ta' riskju tal-attivitajiet tal-ipproċessar tad-data tagħhom. Għalhekk, l-obbligi fuq kumpanija li tipproċessa ħafna data huma aktar onerużi milli fuq kumpanija li tipproċessa ftit data.

Pereżempju, il-probabbiltà li kumpanija/organizzazzjoni li tipproċessa ħafna data timpjega uffiċjal tal-protezzjoni tad-data hija ogħla minn dik ta' kumpanija/organizzazzjoni li tipproċessa ftit data (f'dan il-każ dan jorbot mal-kunċett tal-ipproċessar tad-data personali fuq “skala kbira”). Fl-istess ħin, in-natura tad-data personali u l-impatt tal-ipproċessar previst ukoll għandhom rwol. L-ipproċessar ta' ftit data, imma li hija ta' natura sensittiva (pereżempju data dwar is-saħħa), ikun jeħtieġ l-implimentazzjoni ta' miżuri aktar stretti biex ikun konformi mal-GDPR.

Fil-każijiet kollha, għandhom jiġu rispettati l-prinċipji tal-protezzjoni tad-data u l-individwi għandhom jitħallew jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom.

Referenza