Mur għall-kontenut ewlieni

Taħt liema kundizzjonijiet tista' l-kumpanija/organizzazzjoni tiegħi tipproċessa d-data sensittiva?

Tweġiba

Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek tista' biss tipproċessa d-data sensittiva jekk tiġi ssodisfa waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • il-kunsens espliċitu tal-individwu ikun ingħata (il-liġi tista' telimina din l-għażla f'ċerti każijiet);
  • il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek hija meħtieġ, taħt il-liġi tal-UE jew dik nazzjonali jew skont ftehim kollettiv, li tipproċessa d-data biex tikkonforma mal-obbligi u d-drittijiet tagħha, u dawk tal-individwi, fl-oqsma tal-impjiegi, is-sigurtà soċjali u l-liġi dwar il-protezzjoni soċjali;
  • l-interessi vitali tal-persuna, jew ta' persuna li fiżikament jew legalment m'hix kapaċi tagħti l-kunsens, huma f'riskju;
  • inti fondazzjoni, assoċjazzjoni jew korp ieħor mingħajr skop ta' qligħ b'għan politiku, filosofiku, reliġjuż jew ta' trade union, li tipproċessa d-data dwar il-membri tiegħek jew in-nies f'kuntatt regolari mal-organizzazzjoni tiegħek;
  • id-data personali tkun saret pubblika b'mod ċar mill-individwu;
  • id-data hija meħtieġa għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta' talbiet legali;
  • i d-data hija pproċessata għal raġunijiet ta' interess pubbliku sostanzjali fuq il-bażi tal-liġi tal-UE jew nazzjonali;
  • inti tipproċessa d-data għall-finijiet ta' mediċina preventiva jew okkupazzjonali, valutazzjoni tal-kapaċità għax-xogħol tal-impjegat, dijanjosi medika, il-forniment ta' kura tas-saħħa jew soċjali jew it-trattament jew il-ġestjoni ta' sistemi u servizzi tal-kura tas-saħħa u soċjali abbażi tal-liġi tal-UE jew dik nazzjonali, jew fuq il-bażi ta' kuntratt bħala professjonista fil-kura medika;
  • id-data hija pproċessata għal raġunijiet ta' interess pubbliku fil-qasam tas-saħħa pubblika fuq il-bażi tal-liġi tal-UE jew nazzjonali;
  •  id-data hija pproċessata għall-finijiet ta' arkivjar, riċerka xjentifika jew storika jew għal finijiet ta' statistika fuq il-bażi tal-liġi tal-UE jew dik nazzjonali.

Aktar kundizzjonijiet jistgħu jiġu imposti mil-liġi nazzjonali fuq l-ipproċessar tad-data ġenetika, tad-data bijometrika jew tad-data dwar is-saħħa. Ivverifika mal-Awtorità Nazzjonali tiegħek għall-Protezzjoni tad-Data.

Eżempju

Tista' tipproċessa d-data sensittiva

Tabib jara għadd ta' pazjenti fil-klinika tiegħu. Huwa jżomm rekord taż-żjarat f'bażi ta' data li tinkludi informazzjoni bħall-isem u l-kunjom tal-pazjent, id-deskrizzjoni tas-sintomi u l-medikazzjoni preskritta. Din hija meqjusa bħala data sensittiva. L-ipproċessar tad-data dwar is-saħħa mill-klinika huwa permess taħt il-liġi dwar il-protezzjoni tad-data għaliex huwa meħtieġ biex il-persuna tiġi ttrattata u għaliex jitwettaq taħt ir-responsabbiltà ta' tabib li huwa soġġett għall-obbligu tas-segretezza professjonali.

Ma tistax tipproċessa d-data sensittiva

Il-kumpanija tiegħek tbigħ l-ilbiesi onlajn. Sabiex tippersonalizza s-servizzi skont l-interessi speċifiċi tal-klijenti tiegħek, inti titlobhom jipprovduk bl-informazzjoni dwar id-daqsijiet, il-kulur preferut, il-metodu tal-ħlas, l-isem u l-indirizz sabiex il-prodott ikun jista' jitwassal. Barra minn hekk il-kumpanija tiegħek tistaqsi għall-fehmiet politiċi tal-klijenti tiegħek. Inti teħtieġ il-maġġoranza tal-informazzjoni biex twettaq il-kuntratt min-naħa tiegħek. Madankollu, il-fehmiet politiċi tal-klijenti tiegħek mhumiex meħtieġa biex tagħmel u twassal l-ilbiesi tagħhom. Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek ma tistax titlob dik l-informazjzoni taħt dan il-kuntratt.

Referenzi

Example

You can process sensitive data

A doctor sees a number of patients at his clinic. He logs the visit in a database that includes fields such as name/surname of patient, description of symptoms and medication prescribed. That is considered to be sensitive data. The processing of health data by the clinic is allowed under the data protection law because it is required to treat the person and is carried out under the responsibility of a doctor who is subject to an obligation of professional secrecy.

You can’t process sensitive data

Your  company sells dresses online. In order to tailor the services to the specific interests of your clients, you ask them to provide you with information about sizes, preferred colour, payment method, name and the address so that the product can be delivered. In addition your company asks for your clients’ political views. You need the majority of the information to fulfil your side of the contract. However, clients’ political views are not a requirement to make and deliver their dresses. Your company cannot ask for that information under that contract.