Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Il-ksur ta' data personali jseħħ meta jkun hemm ksur tas-sigurtà li jwassal għal qerda aċċidentali jew illegali, telf, bidliet, żvelar mhux awtorizzat ta', data personali pproċessata jew aċċess għaliha. Jekk jiġri dan, l-organizzazzjoni li tkun qed iżżomm id-data personali għandha tinnotifika lill-awtorità superviżorja mingħajr dewmien żejjed. Jekk il-ksur ta' data personali aktarx li jirriżulta f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tiegħek u r-riskju ma ġiex immitigat, mela inti, bħala individwu, għandek tiġi infurmat ukoll.

Eżempju

Inti bbukkjajt it-taksi tiegħek permezz ta' applikazzjoni onlajn. Il-kumpanija tat-taksi sofriet ksur ta' data personali massiv u nsterqet id-data dwar is-sewwieqa u dwar l-utenti. Jidher li ma kien hemm fis-seħħ l-ebda miżura ta' sigurtà speċifika biex tipproteġi d-data personali. Il-kumpanija kellha tinfurmak dwar il-ksur. F'dan il-każ, tista' tressaq ilment kontra l-kumpanija tat-taksi quddiem l-Awtorità għall-Protezzjoni tad-Data ('DPA')

Referenzi

Example

You booked your taxi via an online application. The taxi company has suffered a massive personal data breach and driver and user data has been stolen. It appears that no specific security measure was in place to protect the personal data. The company should have informed you about the breach. In this case, you can file a complaint against the taxi company before the national Data Protection Authority ('DPA').