Mur għall-kontenut ewlieni

Komunikazzjoni u żieda fil-viżibbiltà tal-UE

Sib informazzjoni u suġġerimenti dwar kif tikkomunika u żżid il-viżibbiltà tal-proġett tiegħek u l-Unjoni Ewropea.

10 modi kif dawk li jirċievu finanzjament mill-UE jistgħu jikkomunikaw u jiżguraw il-viżibbiltà tal-UE

Skont il-baġit tal-UE għall-2021-2027, il-komunikazzjoni u l-viżibbiltà huma partijiet importanti mill-programmi kollha tal-UE. Meta timmaniġġja proġett iffinanzjat mill-UE, dan hu dak li hu mistenni minnek:

  • Icon of a stylised icon

    Ir-riċevituri kollha tal-finanzjament tal-UE għandhom obbligu ġenerali li jirrikonoxxu l-oriġini u jiżguraw il-viżibbiltà ta’ kwalunkwe finanzjament riċevut tal-UE.

    Skont il-programm, normalment tintalab tiddeskrivi x’qed tippjana li tagħmel f’dan ir-rigward.

  • Icon of an arrow

    Kull programm tal-UE jimplimenta l-prijoritajiet politiċi tal-UE.

    Hu importanti li torbot dawn il-prijoritajiet fl-attivitajiet ta’ komunikazzjoni tiegħek, sabiex turi liċ-ċittadini l-istampa l-kbira u kif il-proġett tiegħek jikkontribwixxi għal dan.

  • Icon of an atom

    Involvi ruħek f’attivitajiet speċifiċi ta’ komunikazzjoni. Dawn l-attivitajiet jistgħu jvarjaw minn programm għal ieħor u jistgħu jiddependu fuq il-valur tal-finanzjament riċevut jew il-kuntest speċifiku. Dawn jistgħu jinkludu pereżempju

    • il-preparazzjoni ta’ pjan iddettaljat ta’ komunikazzjoni u ta’ disseminazzjoni
    • ir-regoli għas-siti web, il-kontijiet tal-media soċjali u l-materjali ta’ komunikazzjoni
    • l-organizzazzjoni ta' avvenimenti
    • ir-relazzjonijiet mal-media
    • il-billboards, plakek jew esebizzjonijiet stampati jew elettroniċi oħrajn
  • EU flag

    Uża l-emblema tal-UE b’mod korrett u prominenti.

    L-emblema tal-UE hi l-aktar marka viżiva importanti użata biex tirrikonoxxi l-oriġini u tiżgura l-viżibbiltà tal-finanzjament tal-UE. Minbarra l-emblema tal-UE, ebda identità jew logo viżiv ieħor ma jista’ jintuża biex jenfasizza l-appoġġ tal-UE. L-emblema tal-UE ma għandhiex tiġi modifikata jew amalgamata ma’ kwalunkwe element jew test grafiku ieħor. Jekk jintwerew logos oħrajn apparti l-emblema tal-Unjoni, l-emblema tal-Unjoni għandha tkun mill-anqas tal-istess daqs bħall-akbar wieħed mill-logos l-oħrajn. Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkonsulta l-linji gwida ddettaljati tagħna dwar l-użu tal-emblema tal-UE (link għal-linji gwida).

Esebixxi dikjarazzjoni ta’ finanzjament sempliċi, li ssemmi l-appoġġ tal-Unjoni Ewropea.

EU logos for funding
  • Icon of a document

    Id-dikjarazzjoni ta’ finanzjament “Iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea” jew “Kofinanzjat mill-Unjoni Ewropea” dejjem trid tinkiteb sħiħa u titpoġġa ħdejn l-emblema. Tista’ tiddawnlowdja l-verżjoni korretta tal-emblema tal-UE flimkien mad-dikjarazzjoni ta’ finanzjament miċ-ċentru tal-iddawnlowdjar multilingwi tagħna. 

  • Icon of a human head

    Uża informazzjoni preċiża:

    fi żminijiet ta’ diżinformazzjoni u miżinformazzjoni, hu importanti li tuża sorsi uffiċjali u rilevanti u siti web tal-UE meta taqsam informazzjoni dwar l-UE. Barra minn hekk, l-informazzjoni dwar il-proġett tiegħek trid tkun fattwalment korretta u ma tiżgwidax.

  • Icon of a handshake

    Involvi l-UE meta tikkomunika:

    skont il-programm, tista’ tkun obbligat tinvolvi lill-UE meta tikkomunika, pereżempju meta

    • il-proġett tiegħek hu mistenni li jkollu impatt kbir tal-media
    • hu ta’ importanza strateġika
    • hu ogħla minn ċertu valur finanzjarju
  • Icon of a piggybank

    Ftakar li l-komunikazzjoni u l-viżibbiltà jgħoddu fost l-ispejjeż eliġibbli.

    Kwalunkwe nefqa relatata mal-komunikazzjoni u l-viżibbiltà hi parti mill-azzjoni u tista’ tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.

  • Icon of a cockade

    Agħti lill-UE d-dritt li tuża l-materjal ta’ komunikazzjoni tiegħek.

    L-Unjoni Ewropea għandha d-dritt li tuża materjal ta’ komunikazzjoni prodott u proprjetà tar-riċevituri tal-finanzjament tal-UE. Dan id-dritt jingħata fil-forma ta’ liċenzja ħielsa mid-drittijiet tal-awtur, mhux esklużiva u irrevokabbli. L-ispiża ta’ din il-liċenzja tista’ tiġi koperta mill-fondi tal-UE. Is-sjieda tal-materjal tibqa’ tal-benefiċjarji tal-finanzjament tal-UE.

  • Icon of a checklist

    Jista’ jkun hemm tnaqqis finanzjarju f’każ ta’ nuqqas ta’ rispett tar-rekwiżiti.

    Jekk ir-riċevituri tal-finanzjament tal-UE jiksru xi wieħed mill-obbligi kuntrattwali tagħhom, il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE tista’ titnaqqas.

Għal dettalji u kwalunkwe aġġustament eventwali ta’ politika speċifika għal dawn ir-rekwiżiti, jekk jogħġbok iċċekkja l-programm tiegħek, ir-regoli ta’ finanzjament tiegħu u l-ftehim ta’ finanzjament.

Dokumenti

 

  • 18 LULJU 2021
L-użu tal-emblema tal-UE fil-kuntest tal-programmi tal-UE 2021–2027

 

  • 19 NOVEMBRU 2021
Communication and visibility rules for EU funding programmes 2021-2027 – Guidance for Member States

 

  • 1 LULJU 2022
Communicating and raising EU visibility - Guidance for external actions