L-iżbilanċi makroekonomiċi f’pajjiż wieħed tal-UE, bħal defiċit kbir fil-kont kurrenti jew bużżieqa immobiljari, jistgħu jkollhom effetti detrimentali fuq pajjiżi oħra tal-UE. Dan ħareġ biċ-ċar waqt il-kriżi finanzjarja globali. Għal dan il-għan, fl-2011 ġiet introdotta l-Proċedura ta’ Żbilanċ Makroekonomiku (MIP). Din tippermetti s-sorveljanza mtejba tal-pajjiżi identifikati bħala li għandhom żbilanċi eċċessivi bħala parti mill-Proċedura ta' Żbilanċ Eċċessiv (EIP).