Mur għall-kontenut ewlieni
Direttorat ġeneraliDIGIT

Servizzi Diġitali

Id-Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali hu d-dipartiment tal-Kummissjoni responsabbli għas-servizzi diġitali li jappoġġjaw dipartimenti oħrajn tal-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet tal-UE fix-xogħol tagħhom ta' kuljum u li jgħinu l-amministrazzjonijiet pubbliċi f'pajjiżi membri tal-UE.

L-aktar reċenti

Responsabbiltajiet

  • jipprovdi infrastruttura u servizzi tal-IT affidabbli, kosteffettivi u siguri
  • iwassal sistemi tal-informazzjoni u jirrazzjonalizza l-proċessi tan-negozji
  • joħloq modi ġodda għall-istaff biex jaħdem u jikkollabora
  • jallinja l-investimenti tal-IT mal-prijoritajiet kummerċjali, billi jibbilanċja r-riskju mal-valur kummerċjali għall-Kummissjoni
  • jippromwovi u jiffaċilità l-interoperabbiltà, biex b'hekk l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ikunu jistgħu jaħdmu flimkien minn fruntiera nazzjonali għal oħra

Stqarrija tal-missjoni

Il-missjoni ta’ DIGIT hi li jipprovdi servizzi diġitali li jippermettu l-politiki tal-UE u li jappoġġja l-amministrazzjoni interna tal-Kummissjoni.

Fid-dawl ta’ dan l-għan, id-DIGIT bħala sieħeb fdat għandu r-responsabbiltà li jipprovdi lill-Kummissjoni, u kull meta jkun xieraq lill-istituzzjonijiet u korpi Ewropej oħrajn, b'soluzzjonijiet ta' kwalità għolja u innovattivi:

  • fuq il-post tax-xogħol: billi joħloq modi ġodda ta’ ħidma u kollaborazzjoni għall-istaff
  • kummerċjali: billi jwassal sistemi ta’ informazzjoni li jappoġġjaw proċessi ta’ negozju razzjonalizzati fil-qafas tal-istrateġija ta’ governanza korporattiva tal-IT
  • tal-infrastruttura: billi jipprovdi infrastruttura u servizzi affidabbli, kosteffettivi u siguri
  • effettivi: billi jallinja l-investimenti tal-IT mal-prijoritajiet tan-negozju, jiffaċilita r-relazzjonijiet mas-sħab strateġiċi tagħna, u jibbilanċja r-riskju mal-valur tan-negozju għall-Istituzzjoni
  • li jappoġġjaw il-modernizzazzjoni tal-amministrazzjonijiet pubbliċi billi jippromwovi u jiffaċilita l-interoperabbiltà sabiex l-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej ikunu jistgħu jaħdmu flimkien mingħajr xkiel bejn il-fruntieri – Soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà

Stqarrija dwar il-viżjoni

It-trasformazzjoni tal-Kummissjoni permezz tal-IT

Il-viżjoni ta’ DIGIT hi li jmexxi ’l quddiem u javvanza r-rwol ta’ tmexxija diġitali fi ħdan il-Kummissjoni. DIGIT irid jiżviluppa u jmexxi t-trasformazzjoni diġitali tal-Istituzzjoni sabiex din tkun tista’ twettaq il-politika tal-UE aħjar, b’mod aktar effiċjenti u b’mod aktar produttiv, filwaqt li taħtaf bis-sħiħ l-opportunitajiet offruti mit-teknoloġiji l-ġodda.

Pjanijiet u rapporti

Programm ta’ ħidma tal-Kummissjoni - ħarsa ġenerali lejn ir-riżultati tal-istituzzjoni kollha għas-sena kurrenti

Pjan strateġiku - strateġija tad-dipartiment, objettivi għall-2020-2024

Pjan ta’ ġestjoni - outputs imbassrin tad-dipartiment, attivitajiet, riżorsi għas-sena kurrenti

Rapport ta’ attività annwali - kisbiet tad-dipartiment, riżorsi użati matul is-sena preċedenti

Strateġija Diġitali tal-Kummissjoni Ewropea – Kummissjoni ttrasformata diġitalment li tpoġġi n-nies fuq quddiem  

Strateġija diġitali dwar il-post tax-xogħol – prinċipji u objettivi tad-dipartiment għal post tax-xogħol modern għall-istaff tal-Kummissjoni  

Governanza tal-IT – tipprovdi l-qafas għall-ġestjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ tas-servizzi tat-teknoloġija tal-informazzjoni tal-Kummissjoni

Proposta għal Regolament dwar iċ-Ċibersigurtà – tipprovdi qafas għall-governanza, il-ġestjoni tar-riskju u l-kontroll fil-qasam taċ-ċibersigurtà

Proposta ta’ Att dwar Ewropa Interoperabbli – tipprovdi qafas ta’ kooperazzjoni tal-UE għall-interoperabbiltà fis-settur pubbliku

Tmexxija u organizzazzjoni

16 MEJJU 2024
Digital Services - Organisation chart

Kuntatt

Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali

Isem
Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali
Email
DIGIT-COMM-TEAMatec [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+32 2 299 11 11 (is-switchboard tal-Kummissjoni)
Indirizz postali
Direttorat Ġenerali għas-Servizzi Diġitali, il-Kummissjoni Ewropea, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgium, Belgium