Mur għall-kontenut ewlieni

Protezzjoni tad-data fl-UE

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data, id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data u regoli oħra dwar il-protezzjoni tad-data personali.

Drittijiet fundamentali

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE tistipula li ċ-ċittadini tal-UE għandhom id-dritt għall-protezzjoni tad-data personali tagħhom.

Protezzjoni tad-data personali

Leġiżlazzjoni

Il-pakkett dwar il-protezzjoni tad-data adottat f’Mejju 2016 għandu l-għan li jagħmel l-Ewropa adatta għall-era diġitali. Aktar minn 90% tal-Ewropej jgħidu li jridu l-istess drittijiet għall-protezzjoni tad-data fl-UE kollha u irrispettivament minn fejn tkun ġiet ipproċessata d-data tagħhom.

Ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR)

Ir-Regolament (UE) 2016/679 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ din id-data. Dan it-test jinkludi r-rettifika ppubblikata fil-ĠU tal-UE tat-23 ta’ Mejju 2018.

Ir-regolament hu pass essenzjali biex jissaħħu d-drittijiet fundamentali tal-individwi fl-era diġitali u jiġi ffaċilitat in-negozju billi jiġu kkjarifikati r-regoli għall-kumpaniji u l-korpi pubbliċi fis-suq uniku diġitali. Liġi waħda se tneħħi wkoll il-frammentazzjoni attwali fis-sistemi nazzjonali differenti u l-piżijiet amministrattivi mhux neċessarji.

Ir-regolament daħal fis-seħħ fl-24 ta’ Mejju 2016 u beda japplika mill-25 ta’ Mejju 2018. Aktar informazzjoni għall-kumpaniji u l-individwi.

Informazzjoni dwar l-inkorporazzjoni tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) fil-Ftehim ŻEE.

Notifiki tal-Istati Membri tal-UE lill-Kummissjoni Ewropea skont il-GDPR

Id-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data

Id-Direttiva (UE) 2016/680 dwar il-protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali marbuta ma’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta’ tali data.

Id-direttiva tipproteġi d-dritt fundamentali taċ-ċittadini għall-protezzjoni tad-data kull meta d-data personali tintuża mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi kriminali għal finijiet ta’ infurzar tal-liġi. B’mod partikolari se tiżgura li d-data personali tal-vittmi, ix-xhieda u l-persuni suspettati ta’ delitti huma protetti kif xieraq, u se tiffaċilita l-kooperazzjoni transfruntiera fil-ġlieda kontra l-kriminalità u t-terroriżmu.

Id-Direttiva daħlet fis-seħħ fil-5 ta’ Mejju 2016 u l-pajjiżi tal-UE kellhom jittrasponuha fil-liġi nazzjonali tagħhom sas-6 ta’ Mejju 2018.

30 APRIL 2018
Factsheet - How will the data protection reform help fight international crime?

Awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-<em>data</em>

Il-pajjiżi tal-UE waqqfu korpi nazzjonali responsabbli għall-protezzjoni tad-data personali skont l-Artikolu 8(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE.

Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-<em>Data</em>

Il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPB) huwa korp Ewropew indipendenti li għandu jiżgura l-applikazzjoni konsistenti tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fl-Unjoni Ewropea kollha. L-EDPB ġie stabbilit mir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR).

L-EDPB hu magħmul mir-rappreżentanti tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data tal-UE/taż-ŻEE u mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data. Il-Kummissjoni Ewropea tipparteċipa fl-attivitajiet u l-laqgħat tal-Bord mingħajr id-dritt tal-vot.  Is-segretarjat tal-EDPB huwa pprovdut mill-EDPS. Is-segretarjat iwettaq il-kompiti tiegħu esklużivament taħt l-istruzzjonijiet tal-President tal-Bord.

Il-kompiti tal-EDPB jikkonsistu primarjament fl-għoti ta’ gwida ġenerali dwar kunċetti ewlenin tal-GDPR u tad-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi, pariri lill-Kummissjoni Ewropea dwar kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tad-data personali u leġiżlazzjoni ġdida proposta fl-Unjoni Ewropea, u l-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet vinkolanti f’tilwim bejn l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

Protezzjoni tad-<em>data</em> fl-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE

Leġiżlazzjoni

Ir-Regolament 2018/1725 jistabbilixxi r-regoli applikabbli għall-ipproċessar tad-data personali mill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni Ewropea. Hu allineat mar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data u d-Direttiva dwar l-Infurzar tal-Liġi tal-Protezzjoni tad-Data. Daħal fis-seħħ fil-11 ta’ Diċembru 2018.

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

Ir-Regolament 2018/1725 stabbilixxa kontrollur Ewropew għall-protezzjoni tad-data (EDPS)L-EDPS huwa korp indipendenti tal-UE responsabbli għall-monitoraġġ tal-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej u għall-investigazzjoni tal-ilmenti.

Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data tal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea ħatret Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Data li huwa responsabbli għall-monitoraġġ u l-applikazzjoni tar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data fil-Kummissjoni Ewropea. L-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data jiżgura b’mod indipendenti l-applikazzjoni interna tar-regoli ta’ protezzjoni tad-data f’kooperazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Klawżoli Kuntrattwali Standard

Wara l-adozzjoni f’Ġunju 2021 ta’ żewġ settijiet ta’ Klawżoli Kuntrattwali Standard (SCC) (wieħed għall-użu bejn il-kontrolluri u l-proċessuri fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u wieħed għat-trasferiment ta’ data personali lil pajjiżi barra miż-ŻEE), fil-25 ta’ Mejju 2022 il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat Mistoqsijiet u Tweġibiet biex tipprovdi gwida prattika dwar l-użu tal-SCCs u tassisti lill-partijiet ikkonċernati fl-isforzi ta’ konformità tagħhom skont ir-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR). Dawn il-Mistoqsijiet u Tweġibiet issejsu fuq il-feedback riċevut minn diversi partijiet ikkonċernati dwar l-esperjenza tagħhom fl-użu tal-SCCs il-ġodda fl-ewwel xhur wara l-adozzjoni tagħhom. Il-Mistoqsijiet u Tweġibiet huma maħsuba biex ikunu sors “dinamiku” ta’ informazzjoni u se jiġu aġġornati hekk kif iqumu mistoqsijiet ġodda. 

25 MEJJU 2022
Questions and Answers for the two sets of Standard Contractual Clauses

Dokumenti

 

15 MARZU 2019
Regulation (EU) 2016/679 - General Data Protection Regulation

 

20 SETTEMBRU 2017
Directive (EU) 2016/680 on the protection of natural persons regarding processing of personal data connected with criminal offences or the execution of criminal penalties, and on the free movement of such data

 

15 MARZU 2019
Regulation (EU) 2018/1725 on the protection of natural persons with regard to the processing of personal data by the EU institutions, bodies, offices and agencies