An official website of the European UnionAn official EU website
Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021SC0720

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Malta Li jakkumpanja d-dokument KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUNSILL EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

SWD/2021/720 final

Brussell, 20.7.2021

SWD(2021) 720 final

DOKUMENT TA’ ĦIDMA TAL-PERSUNAL TAL-KUMMISSJONI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt






Il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f'Malta

Li jakkumpanja d-dokument

KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUNSILL EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI

Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt


Is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt fl-Unjoni Ewropea

{COM(2021) 700 final} - {SWD(2021) 701 final} - {SWD(2021) 702 final} - {SWD(2021) 703 final} - {SWD(2021) 704 final} - {SWD(2021) 705 final} - {SWD(2021) 706 final} - {SWD(2021) 707 final} - {SWD(2021) 708 final} - {SWD(2021) 709 final} - {SWD(2021) 710 final} - {SWD(2021) 711 final} - {SWD(2021) 712 final} - {SWD(2021) 713 final} - {SWD(2021) 714 final} - {SWD(2021) 715 final} - {SWD(2021) 716 final} - {SWD(2021) 717 final} - {SWD(2021) 718 final} - {SWD(2021) 719 final} - {SWD(2021) 721 final} - {SWD(2021) 722 final} - {SWD(2021) 723 final} - {SWD(2021) 724 final} - {SWD(2021) 725 final} - {SWD(2021) 726 final} - {SWD(2021) 727 final}


Astratt

Ir-riformi tal-2020, b’mod partikolari r-riforma tas-sistema tal-ħatriet ġudizzjarji u tad-dixxiplina ġudizzjarja, ikkontribwew għat-tisħiħ tal-indipendenza tas-sistema ġudizzjarja Maltija. Il-perċezzjoni tal-indipendenza ġudizzjarja tjiebet b’mod li jidher. Ittieħdu passi biex tiġi depolitiċizzata l-ħatra tal-Prim Imħallef, filwaqt li ċerti aspetti ta’ din il-proċedura jeħtieġu aktar skrutinju. It-trasferiment tal-prosekuzzjonijiet mill-pulizija lejn l-Avukat Ġenerali miexi ’l quddiem. Filwaqt li dan it-trasferiment jeħtieġ iż-żmien, huwa importanti li jkopri wkoll reati inqas serji. Għaddejjin diskussjonijiet biex tissaħħaħ l-indipendenza tat-tribunali speċjalizzati. Għad fadal sfidi serji fir-rigward tal-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja, b’mod partikolari t-tul tal-proċedimenti tal-qorti, l-impatt tal-għadd baxx ta’ mħallfin u d-diġitalizzazzjoni tal-ġustizzja.

Il-Gvern approva strateġija ġdida mmirata kontra l-frodi u kontra l-korruzzjoni. Filwaqt li l-korpi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tejbu l-kapaċità tagħhom li jittrattaw każijiet ta’ korruzzjoni, kif muri minn żieda fl-għadd ta’ każijiet miftuħa, l-investigazzjonijiet għadhom jieħdu fit-tul, skont kemm ikunu kumplessi, u għad irid jiġi stabbilit rekord ta’ kundanni f’każijiet ta’ livell għoli. Ir-riformi li jikkonċernaw il-ħatra tal-Kummissarju tal-Pulizija u tal-Kummissarji tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni, kif ukoll il-kooperazzjoni organizzata mill-ġdid bejn il-Pulizija u l-Avukat Ġenerali, huma reċenti u r-riżultati għad iridu jidhru. Rigward ir-regoli dwar l-integrità għall-uffiċjali pubbliċi, inklużi l-membri tal-Parlament u l-ministri, huma previsti aktar bidliet. Iddaħħlet fis-seħħ gwida speċifika biex jittaffew ir-riskji ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku matul il-pandemija tal-COVID-19.

L-inkjesta pubblika dwar il-qtil tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia kompliet tisma’ x-xhieda matul l-2020 u l-2021, u temmet ħidmietha fil-15 ta’ Lulju 2021. Kien hemm żviluppi fil-proċedimenti kriminali separati marbuta ma’ dan il-każ. Il-ġurnalisti għadhom iħabbtu wiċċhom ma’ ostakli meta jitolbu aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi kif ukoll fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom b’mod aktar ġenerali. L-emendi għall-Att dwar ix-Xandir ta’ Malta ma introduċew l-ebda bidla li ssaħħaħ l-indipendenza effettiva tal-Awtorità tax-Xandir. Fid-dawl li ż-żewġ partiti politiċi ewlenin għandhom l-istazzjonijiet tat-televiżjoni u tar-radju tagħhom stess, tressqet kawża kostituzzjonali li kkontestat it-taqsima rilevanti tal-Att dwar ix-Xandir ta’ Malta u l-applikazzjoni ta’ dik id-dispożizzjoni mir-regolatur tal-midja. Fl-2020, Malta stabbiliet skema ta’ appoġġ għall-fornituri tal-midja tal-aħbarijiet biex ittaffi l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19.

Saru aktar riformi biex jissaħħu l-kontrolli u l-bilanċi. Riformi fir-rigward tal-ħatra ta’ persuni li jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi u ħatriet għal ċerti kummissjonijiet indipendenti, proposti fl-2020, issa ġew adottati. It-tħassib li fadal dwar il-proċess tal-ħatra għal ċerti korpi pubbliċi oħra se jkompli jiġi indirizzat taħt il-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Madankollu, minħabba l-pandemija tal-COVID-19, iż-żmien u l-organizzazzjoni ta’ din il-Konvenzjoni għad iridu jiġu stabbiliti. Ir-rwol tal-Ombudsman issaħħaħ, madankollu għad fadal nuqqas ta’ konsistenza fis-segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu. L-abbozz ta’ liġi dwar l-istabbiliment ta’ istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem għadu qed jiġi diskuss fil-Parlament. Għad fadal sfidi fir-rigward tal-użu limitat tal-konsultazzjonijiet pubbliċi fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet, inkluż dwar riformi strutturali. Filwaqt li l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jibqgħu jipparteċipaw b’mod attiv fid-dibattitu pubbliku, huma qajmu ċertu tħassib dwar l-aċċess għall-finanzjament u l-azzjonijiet mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji.

I.Is-Sistema Ġudizzjarja

Is-sistema ġudizzjarja Maltija hija influwenzata kemm mit-tradizzjonijiet legali kontinentali kif ukoll minn dawk tal-liġi komuni 1 . Il-qrati huma maqsuma f’dawk Superjuri u dawk Inferjuri. Il-Qrati Superjuri huma magħmula minn imħallfin u jinkludu l-Qorti Ċivili, il-Qorti Kriminali, il-Qorti tal-Appell, il-Qorti tal-Appell Kriminali u l-Qorti Kostituzzjonali. Il-Qrati Inferjuri huma magħmula minn maġistrati u jinkludu l-Qorti tal-Maġistrati (Malta) u l-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex). Il-kap tal-ġudikatura huwa l-Prim Imħallef li jippresiedi wkoll il-Qorti Kostituzzjonali. Il-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja tissorvelja l-ħidma tal-ġudikatura. Jeżistu għadd ta’ tribunali speċjalizzati, li jiddeċiedu f’oqsma speċifiċi. Fl-2019 ġie stabbilit Servizz ta’ Prosekuzzjoni għal kollox separat. Malta tipparteċipa fl-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Kamra tal-Avukati hija korp professjonali indipendenti u awtoregolat tal-avukati 2 .

Indipendenza

Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita tjieb u issa huwa għoli. Il-perċezzjoni pjuttost tajba, jew tajba ħafna, tal-indipendenza ġudizzjarja fost il-pubbliku ġenerali (69 %) tjiebet b’mod sinifikanti mill-2020 (52 %), inkluż meta mqabbla mal-2016 (44 %) 3 . Il-perċezzjoni pjuttost tajba jew tajba ħafna tal-indipendenza ġudizzjarja fost il-kumpaniji (67 %) tjiebet ukoll b’mod sinifikanti mill-2020 (48 %), biex b’hekk inqalbet xejra preċedenti ta’ tnaqqis 4 .

Is-sistema l-ġdida ta’ ħatriet ġudizzjarji tat kontribut għat-tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja. Is-sistema l-ġdida ta’ ħatriet ġudizzjarji 5 , adottata f’Lulju 2020, ġiet ivvalutata mill-Kummissjoni Venezja fl-Opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020 6 . Il-Kummissjoni Venezja laqgħet ir-riforma, filwaqt li vvalutat b’mod pożittiv il-kompożizzjoni l-ġdida tal-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji (KĦĠ), il-pubblikazzjoni ta’ postijiet vakanti ta' ġudikanti, il-preżentazzjoni diretta lill-President ta’ Malta ta' kandidati għal postijiet fil-ġudikatura mill-KĦĠ, il-preżentazzjoni ta’ rapporti dettaljati dwar il-kandidati mill-KĦĠ u l-preżentazzjoni mill-KĦĠ tat-tliet kandidati l-aktar xierqa għall-ħatriet 7 . Dawn ir-riformi, li jqisu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-indipendenza ġudizzjarja 8 . Il-Kamra tal-Avukati 9 u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili 10 laqgħu r-riformi. Madankollu, il-Kummissjoni Venezja ddispjaċiha għall-proċedura segwita mill-Gvern Malti għall-adozzjoni tagħha, li ma ppermettietx konsultazzjoni usa’ mas-soċjetà ċivili jew dibattitu pubbliku usa’ 11 , kif enfasizzat ukoll mis-soċjetà ċivili 12 . Hija indikat ukoll li, fid-dawl tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tagħha, l-ismijiet tat-tliet kandidati proposti mill-Kumitat għall-Ħatriet Ġudizzjarji għandhom isiru pubbliċi qabel ma l-President ta’ Malta jiddeċiedi dwar il-ħatra, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tal-proċess, peress li din ma kinitx parti mir-riforma adottata 13 . Il-proċedura l-ġdida għall-ħatriet ġudizzjarji ġiet applikata għar-reklutaġġ ta’ erba’ mħallfin u erba’ maġistrati f’April u Ġunju 2021 rispettivament.

Ir-riforma tal-proċedura għat-tneħħija tal-maġistrati u l-imħallfin saħħet ukoll l-indipendenza ġudizzjarja. Ġew introdotti bidliet fil-proċedura għat-tneħħija ta’ maġistrati u mħallfin. Bis-sistema l-ġdida 14 , il-proċedura ta’ tkeċċija taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja, magħmula fil-biċċa l-kbira minn membri tal-ġudikatura, għall-kuntrarju tas-sistema preċedenti fejn il-Parlament kien inkarigat minn din il-proċedura. Fl-opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Venezja qieset li r-riforma kienet ġeneralment konformi mal-istandards eżistenti 15 .

Ittieħdu passi biex tiġi depolitiċizzata l-ħatra tal-Prim Imħallef. Fl-Opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Venezja tenniet il-ħtieġa li l-ħatra tal-Prim Imħallef tiġi depolitiċizzata kemm jista’ jkun 16 . L-istess opinjoni kkunsidrat li r-rekwiżit ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament għall-ħatra tal-Prim Imħallef iwassal għal tali depolitiċizzazzjoni 17 , iżda ddispjaċiha li ma ġie pprovdut l-ebda mekkaniżmu kontra l-imblukkar f’dak ir-rigward 18 . B’mod aktar ġenerali, il-ħatra tal-Prim Imħallef mill-Parlament, mingħajr l-involviment tal-ġudikatura, ikkunsidrata flimkien mal-possibbiltà li persuna minn barra l-ġudikatura tista’ tinħatar bħala Prim Imħallef, se tkun teħtieġ aktar skrutinju 19 . Il-Kamra tal-Avukati esprimiet il-fehma li l-ħatra tal-Prim Imħallef għandha ssir minn fost imħallfin anzjani, biex b’hekk tiġi eliminata l-possibbiltà li persuni minn barra l-ġudikatura jkunu jistgħu jinħatru direttament bħala Prim Imħallef, u li l-ħatra għandha ssir mill-membri tal-ġudikatura nfushom, mingħajr intervent ta’ kwalunkwe setgħa politika 20 .

It-trasferiment ta’ ċerti tipi ta’ prosekuzzjonijiet mill-pulizija lill-Avukat Ġenerali miexi ’l quddiem skont skeda, iżda ma hemm l-ebda skeda ta’ żmien għat-trasferiment tal-każijiet inqas serji. Sa ftit ilu, il-prosekuzzjonijiet kollha quddiem il-qrati inferjuri (Qrati tal-Maġistrati) kienu jsiru mill-pulizija, filwaqt li l-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali kien imexxi kawżi quddiem il-Qrati Superjuri (il-Qorti Kriminali u l-Qorti tal-Appell Kriminali kemm fil-ġurisdizzjoni inferjuri kif ukoll superjuri tagħha) 21 . L-implimentazzjoni tat-trasferiment bdiet kmieni fl-2020 b’reklutaġġ ta’ 20 avukat ġdid fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali sabiex l-Uffiċċju jkun jista’ jimmaniġġja l-ammont ta’ xogħol addizzjonali b’mod aktar effiċjenti. Fit-1 ta’ Ottubru 2020, intemmet l-ewwel fażi tal-perjodu tranżitorju 22 u l-Avukat Ġenerali kien ħa f’idejh id-deċiżjonijiet dwar il-prosekuzzjoni u l-bidu tal-prosekuzzjoni fir-rigward ta’ reati serji speċifikati, inkluża l-korruzzjoni 23 . Il-pjan tal-Gvern huwa li jkompli, sal-1 ta’ Ottubru 2024, jittrasferixxi kull sena numru addizzjonali ta’ reati lill-Avukat Ġenerali. Madankollu, dan il-pjan ma jinkludix it-trasferiment ta’ kontravenzjonijiet jew delitti punibbli b’multa jew massimu ta’ sentejn priġunerija jew inqas (każijiet sommarji). Bħalissa, ma teżisti l-ebda indikazzjoni ċara dwar jekk dawn il-każijiet ikunux ukoll soġġetti għat-trasferiment. Filwaqt li dan it-trasferiment jeħtieġ żmien xieraq 24 , ikun importanti li l-prosekuzzjonijiet kollha, inkluż dwar reati sommarji, jiġu trasferiti lill-Avukat Ġenerali u li dan isir malajr kemm jista’ jkun 25 .

Is-salvagwardji rigward il-proċedura għall-ħatra u t-tneħħija tal-Avukat Ġenerali jħallu lok għat-tisħiħ. Wara emenda għall-Kostituzzjoni adottata f’Lulju 2020, it-tneħħija tal-Avukat Ġenerali tista’ titwettaq mill-President ta’ Malta wara riżoluzzjoni adottata b’maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament. Bidliet simili ġew introdotti għall-Avukat tal-Istat 26 . Fl-Opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Venezja rrakkomandat li korp ta’ esperti għandu jiddeċiedi dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija, jew li għandu jkun possibbli appell lill-Qorti Kostituzzjonali kontra deċiżjoni ta’ kumitat parlamentari, qabel ma l-plenarja tal-Parlament tieħu d-deċiżjoni finali dwar it-tneħħija 27 . Fir-rigward tal-proċedura għall-ħatra, filwaqt li żdiedu salvagwardji wara riforma fl-2019, fil-prattika l-ħatra tal-Avukat Ġenerali għadha fil-biċċa l-kbira taħt is-setgħa tal-Prim Ministru, li tqajmet bħala kwistjoni 28 .

Jibqgħu joperaw għadd sinifikanti ta’ tribunali speċjalizzati. Ħafna minn dawn it-tribunali 29 jinħatru permezz ta’ proċedura li tinvolvi s-setgħa eżekuttiva. Il-Kummissjoni Venezja qajmet tħassib dwar l-operat ta’ dawn it-tribunali speċjalizzati 30 , meta jitqies li huma ma jgawdux mill-istess livell ta’ indipendenza bħal dak tal-ġudikatura ordinarja, u f’Ottubru 2020 tenniet ir-rakkomandazzjonijiet tagħha f’dak ir-rigward 31 . Il-partijiet ikkonċernati, inkluża l-Kamra tal-Avukati, esprimew ukoll tħassib 32 . Għaddejjin diskussjonijiet fil-kuntest tal-Faċilità tal-Irkupru u r-Reżiljenza dwar ir-rieżami tal-indipendenza ta’ dawn it-tribunali speċjalizzati.

Kwalità

Jeżistu lakuni importanti fid-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, liema lakuni jistgħu jibdew jiġu indirizzati mill-istrateġija diġitali li qed titfassal. Fl-2020, tħabbret konsultazzjoni pubblika dwar strateġija diġitali u pjan ta’ azzjoni, li għandhom jiġu ssorveljati mill-Kummissjoni Ewropea għall-Effiċjenza tal-Ġustizzja (CEPEJ) tal-Kunsill tal-Ewropa u ffinanzjati mill-Programm ta’ Appoġġ għal Riformi Strutturali. Wara l-proċess ta’ konsultazzjoni, f’nofs l-2021 se jiġi ppreżentat abbozz ta’ strateġija u pjan ta’ azzjoni diġitali lill-Ministeru għall-Ġustizzja. L-implimentazzjoni tal-istrateġija hija meħtieġa biex jiġu indirizzati l-lakuni importanti attwali fid-diġitalizzazzjoni tas-sistema ġudizzjarja, kif enfasizzat mill-partijiet ikkonċernati b’mod partikolari fir-rigward tal-possibbiltà limitata li tiġi ppreżentata u segwita proċedura b’mezzi elettroniċi 33 . Oqsma li jistgħu jissaħħu aktar jinkludu l-użu tat-teknoloġija diġitali mill-qrati u s-servizzi ta’ prosekuzzjoni 34 , l-użu ta’ għodod ta’ komunikazzjoni elettronika mill-qrati 35 u mis-servizz tal-prosekuzzjoni 36 , u soluzzjonijiet diġitali biex jitwettqu u jiġu segwiti l-proċedimenti tal-qorti f’kawżi kriminali 37 . Liġi adottata f’Frar 2021 tippermetti lill-Ministru għall-Ġustizzja jippromulga regolamenti li jippermettu l-preżentazzjoni elettronika ta’ atti ġudizzjarji kriminali, il-preżentazzjoni elettronika ta’ notifiki, u t-twettiq ta’ proċedimenti tal-qorti kriminali online 38 . Sabiex tiġi ffaċċjata l-pandemija tal-COVID-19, f’Novembru 2020 ġew adottati emendi għall-Kodiċi ta’ Organizzazzjoni u Proċedura Ċivili biex il-proċedimenti ċivili jkunu jistgħu jsiru online 39 .

Ġew proposti emendi li jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet amministrattivi biex jimponu sanzjonijiet għal ksur li bħalissa huma deċiżi mill-qrati. F’Frar 2021, ġew proposti emendi leġiżlattivi 40 li jirregolaw it-tipi ta’ ksur li jistgħu jitqiesu ta’ natura kriminali f’sitwazzjonijiet fejn awtorità pubblika timponi penali ċivili, multa amministrattiva, jew sanzjonijiet jew miżuri ċivili jew amministrattivi oħra 41 . L-abbozz ta’ emendi jagħti s-setgħa lill-awtoritajiet amministrattivi biex jimponu ċerti sanzjonijiet għal ksur ta’ natura kriminali li attwalment jistgħu jiġu deċiżi biss mill-awtoritajiet ġudizzjarji. Il-partijiet ikkonċernati qajmu tħassib f’dak ir-rigward, meta wieħed iqis li dawn l-emendi jistgħu jwasslu għal ksur tad-dritt għal proċess ġust, peress li dawn iwasslu għal żieda fil-każijiet trattati mill-awtoritajiet amministrattivi minflok mill-qrati, u minħabba li l-emendi proposti jistgħu jiġu introdotti biss permezz ta’ emenda kostituzzjonali u mhux permezz ta’ leġiżlazzjoni statutorja kif proposta mill-Gvern 42 . Fl-Opinjoni Urġenti tagħha tat-1 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni Venezja qieset li r-riforma proposta għandha tinkiseb permezz ta’ emenda tal-kostituzzjoni, filwaqt li tiżgura kjarifika ulterjuri fir-rigward tar-relazzjonijiet tagħha mal-Artikolu 6 tal-Karta Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem 43 .

Effiċjenza

It-tul tal-proċedimenti jibqa’ ta’ tħassib serju 44 . It-tul ta’ żmien tal-kawżi ċivili u kummerċjali kontenzjużi fl-ewwel istanza, fl-2019, baqa’ twil ħafna (465 jum), u mill-2017 lil hawn ix-xejra kienet li dan jiżdied 45 . Id-dewmien ta’ dawn il-proċedimenti fl-appell kien twil ħafna wkoll (875 jum) fl-2019 46 . Id-dewmien medju tal-każijiet ta’ ħasil tal-flus baqa’ partikolarment twil fl-2019 (aktar minn 1350 jum), anki jekk b’xejra ta’ tnaqqis 47 . Filwaqt li ż-żmien meħtieġ biex jiġu riżolti kawżi amministrattivi fl-ewwel istanza baqa’ twil, dan wera xejra ta’ tnaqqis mill-2017 48 . Ir-rata tal-ikklirjar għal kawżi ċivili, kummerċjali, amministrattivi u oħrajn fl-2019 kienet taħt il-100 % u kompliet tonqos 49 . Il-partijiet ikkonċernati qajmu tħassib serju dwar l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja Maltija 50 . Dan it-tħassib huwa aggravat mill-pandemija tal-COVID-19 li wasslet għal perjodu ta' sospensjoni tal-ħidma tal-qrati fl-2020 51 u tkompli tfixkel l-attività tal-qrati. F’rabta ma’ proċedimenti kriminali, F’Novembru 2020, il-Ministru għall-Ġustizzja ħabbar emendi biex jitħaffu l-inkjesti maġisterjali u l-proċedimenti kriminali kif ukoll biex jitnaqqas ix-xogħol b’lura fil-Qorti tal-Appell 52 . Barra minn dan, saret liġi ġdida 53 fil-qasam tal-proċedura ċivili li tkun tipprovdi għal perjodu iqsar fejn tidħol il-kumpilazzjoni tax-xhieda. Il-liġi jidher ukoll li għandha l-għan li tnaqqas il-każijiet pendenti quddiem il-Qorti tal-Appell billi jipprovdi l-possibbiltà li l-qorti tal-appell tagħti smigħ biss meta jkun meħtieġ.

Għadd relattivament baxx ta’ mħallfin u maġistrati jista’ jaffettwa l-effiċjenza tas-sistema ġudizzjarja. L-għadd ta’ mħallfin per capita huwa fost l-aktar baxxi fl-UE 54 . Filwaqt li erba’ mħallfin inħatru f’April 2021 biex jimlew il-postijiet battala eżistenti, u nħatru erba’ maġistrati f’Ġunju 2021, dan ikun ifisser żieda ta’ wieħed fl-għadd globali ta’ mħallfin u maġistrati, peress li l-biċċa l-kbira tal-postijiet vakanti nfetħu biex jissostitwixxu l-imħallfin u l-maġistrati rtirati jew promossi 55 . L-assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati appellat lill-Gvern biex jaħtar mill-inqas sitt maġistrati ġodda sabiex tiġi żgurata l-effiċjenza tas-sistema tal-ġustizzja Maltija 56 .

II.Qafas Kontra l-Korruzzjoni

Il-qafas istituzzjonali kontra l-korruzzjoni jinkludi diversi awtoritajiet. Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni hija responsabbli għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni u għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet amministrattivi dwar prattiki korrotti. Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika jimmonitorja l-etika tal-ministri, tas-segretarji parlamentari u tal-membri tal-Parlament. L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati ekonomiċi, inklużi reati ta’ korruzzjoni u ħasil tal-flus, jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Pulizija (id-Dipartiment tal-Investigazzjoni ta’ Reati Finanzjarji) u l-Avukat Ġenerali rispettivament. Dan tal-aħħar, wara perjodu ta’ tranżizzjoni bejn l-2021 u l-2024, se jieħu f’idejh il-prosekuzzjoni tar-reati kollha li jġorru kundanna ta’ aktar minn sentejn priġunerija. Korpi oħra involuti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni huma l-Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) u d-Dipartiment tal-Awditjar Intern u tal-Investigazzjonijiet. Dan tal-aħħar iwettaq awditi u investigazzjonijiet interni fi ħdan id-dipartimenti u l-aġenziji governattivi kollha. Kif dikjarat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, l-investigazzjoni u l-inkjesta pubblika separata li għaddejjin dwar l-assassinju tal-ġurnalista investigattiva Daphne Caruana Galizia kixfu xejriet profondi ta’ korruzzjoni u qajmu talba qawwija mis-soċjetà ta’ tisħiħ sinifikanti fil-kapaċità għall-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-twettiq ta’ riforma usa’ fil-istat tad-dritt 57 . 

Il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju hija li l-livell ta’ korruzzjoni fis-settur pubbliku għadu relattivament għoli. Fl-Indiċi tal-2020 dwar il-Perċezzjonijiet tal-Korruzzjoni minn Transparency International, Malta ġabet 53 minn 100 punt u tinsab fil-15-il post fl-Unjoni Ewropea u fil-52 post fid-dinja. 58 Din il-perċezzjoni naqset b’mod sinifikanti 59 matul l-aħħar ħames snin 60 .

Strateġija Nazzjonali mmirata Kontra l-Frodi u l-Korruzzjoni għall-perjodu 2021-2024 ġiet approvata mill-Gvern f’Marzu 2021 61 . Il-Kabinett tal-Ministri approva l-istrateġija, li ġiet innotifikata pubblikament lill-Parlament 62 f’Mejju 2021. Il-pilastri tiegħu huma t-taħriġ u l-edukazzjoni, il-kondiviżjoni tal-informazzjoni, il-kooperazzjoni istituzzjonali (domestika u internazzjonali), kif ukoll ir-responsabbiltà dwar il-finanzjament pubbliku 63 . L-implimentazzjoni tal-istrateġija hija kkoordinata minn kumitat ippresedut mid-Dipartiment tal-Awditjar Intern u l-Investigazzjonijiet (IAID). Rappreżentanti tal-uffiċċju tal-Ombudsman, tas-settur privat, tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi ddispjaċihom li ma ġewx mistiedna jew ikkonsultati qabel l-adozzjoni tal-istrateġija 64 .

Filwaqt li l-korpi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni tejbu l-kapaċità tagħhom li jittrattaw każijiet ta’ korruzzjoni, kif muri minn żieda fl-għadd ta’ każijiet miftuħa, l-investigazzjonijiet għadhom idumu, skont il-kumplessità tagħhom, u għad irid jiġi stabbilit rekord ta’ kundanni f’każijiet ta’ livell għoli 65 . Minn Ottubru 2020, l-Avukat Ġenerali ħa f’idejh il-prosekuzzjoni ta’ ċerti reati serji 66 , inkluża l-korruzzjoni ta’ livell għoli. Total ta’ 14-il prosekutur huma ddedikati għal reati finanzjarji u, mit-tieni kwart tal-2020, ġiet stabbilita task force dwar reati finanzjarji kumplessi 67 . L-għadd ta’ każijiet ta’ reati finanzjarji investigati u solvuti żdied b’mod sostanzjali 68 , wara ż-żieda reċenti fir-riżorsi u l-kapaċità tad-dipartiment tal-investigazzjonijiet tar-reati finanzjarji (FCID) li seħħ bejn l-2019 u Settembru 2020 69 . Madankollu, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tal-korruzzjoni għadhom proċess li jdum, speċjalment f’dawk il-każijiet li jeħtieġu analiżi ta’ data finanzjarja kbira jew li huma kkunsidrati kumplessi 70 . Bħalissa hemm diversi każijiet ta’ korruzzjoni ta’ livell għoli li għadhom pendenti quddiem il-qorti.

Ġew introdotti miżuri ġodda biex titjieb l-integrità fil-Pulizija. F’Settembru 2020, taħt it-tmexxija tal-Kummissarju tal-Pulizija 71 li għadu kif inħatar, il-Pulizija nediet Strateġija ta’ Trasformazzjoni għas-snin 2020-2025 72 , bil-għan li jissaħħu l-miżuri kontra l-korruzzjoni 73 . Il-pulizija implimentat politika li tirregola l-Interessi Kummerċjali u l-Okkupazzjonijiet Addizzjonali, li l-monitoraġġ tagħha huwa l-mandat tal-Bord ta’ Evalwazzjoni, maħtur mill-Kummissarju tal-Pulizija 74 . Fl-2020, l-Att dwar il-Pulizija 75 ġie emendat sabiex jippermetti lill-uffiċjali tal-pulizija jagħmlu rapporti anonimi dwar il-ksur tal-integrità fi ħdan il-pulizija. Madankollu, l-effettività ta’ din il-miżura se tkun tiddependi fuq l-implimentazzjoni konkreta tagħha.

Għalkemm l-indipendenza tal-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni ssaħħet, għad ma hemmx riżultati ċari mir-riformi reċenti. Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni (KPKK) hija responsabbli għall-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-amministrazzjoni pubblika u tista’ twettaq investigazzjonijiet amministrattivi. Kif ġie rrappurtat fl-2020, il-KPKK għaddiet minn riforma strutturali 76 bil-għan li tittejjeb il-proċedura tal-ħatra tat-tliet kummissarji tagħha u biex jiġi estiż l-ambitu tal-kompetenzi investigattivi tagħha. Filwaqt li l-KPKK tista’ titlob l-assistenza tal-Pulizija fit-tmexxija tal-investigazzjonijiet, il-KPKK ma għandha l-ebda investigaturi jew analisti tad-data tagħha stess. ir-riżorsi tagħha għadhom limitati, u għalhekk għad hemm tħassib dwar il-kapaċità tagħha li twettaq inkjesti li jħallu impatt 77 . Barra minn hekk, l-investigazzjonijiet tal-pulizija u l-valutazzjonijiet tal-KPKK jistgħu jdumu ħafna 78 . Fl-2020, il-KPKK eżaminat erba’ każijiet ta’ korruzzjoni, u żewġ każijiet fil-bidu tal-2021. Madankollu, ma hemm l-ebda informazzjoni dettaljata dwar l-ammont ta’ xogħol tal-KPKK 79 . Sal-lum, ftit li xejn kien hemm informaturi (whistleblowers) li ressqu l-ilmenti tagħhom lill-KPKK 80 . Ladarba jiġi konkluż l-eżami ta’ fajl, il-KPKK tista’ tagħlaq il-każ, jew tgħaddih lill-Avukat Ġenerali 81 . F’każ li l-Avukat Ġenerali jiddeċiedi li ma jipprosegwix, il-KPKK tista’ tikkontesta dik id-deċiżjoni 82 . Minn Awwissu 2020 83 , il-KPKK bagħtet żewġ każijiet lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali 84 .

Dispożizzjonijiet ġodda jippermettu lill-Awditur Ġenerali jinnotifika l-konstatazzjonijiet tiegħu lill-prosekuzzjoni. Id-dipartiment tal-Awditjar Intern u tal-Investigazzjonijiet (IAID) huwa responsabbli mill-awditjar tad-dipartimenti governattivi kollha, inkluża l-verifika fuq il-kotba finanzjarji tal-istituzzjonijiet pubbliċi u fuq il-kunflitti ta’ interess tal-uffiċjali pubbliċi 85 . L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali għandu l-kompetenza li jivverifika l-kontijiet tad-dipartimenti pubbliċi, inklużi l-intrapriżi tal-istat 86 . Fit-15 ta’ Marzu 2021, ġew adottati emendi għall-Att dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar 87 li jipprevedu li, f’ċirkostanzi speċifiċi, l-Awditur Ġenerali jista’ jirreferi s-sejbiet tiegħu direttament lill-Avukat Ġenerali 88 . 

Il-mandat tal-Ombudsman, li huwa responsabbli għall-integrità tal-impjegati taċ-ċivil, skada. L-Uffiċċju tal-Ombudsman 89 huwa intitolat li jwettaq investigazzjonijiet fuq uffiċjali u istituzzjonijiet li jwettqu funzjonijiet amministrattivi, inkluż għal każijiet ta’ korruzzjoni, li jintbagħtu lill-Avukat Ġenerali. L-Uffiċċju tal-Ombudsman għandu d-dritt li jappella kontra deċiżjoni tal-Avukat Ġenerali li ma jipproċedix bil-prosekuzzjoni ta’ xi każ ta’ korruzzjoni. Sal-lum, dan id-dritt għadu ma ġiex eżerċitat. 90 . Il-mandat tal-Ombudsman attwali skada f’Marzu 2021, għalhekk dak attwali jkompli jservi sakemm jiġi nnominat suċċessur 91 .

Hemm regoli tal-etika għall-uffiċjali ta’ livell għoli, il-membri tal-Parlament u l-ministri li huma fis-seħħ, inkluż dwar l-iżvelar tal-assi u l-lobbying, għalkemm huma previsti aktar bidliet fil-qafas tal-integrità. Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (“il-Kummissarju”) jimmonitorja l-etika tal-ministri, tas-segretarji parlamentari u tal-membri tal-Parlament. Ir-regolament dwar il-lobbying u l-kodiċi ta’ etika għall-ministri u l-membri tal-Parlament bħalissa qed jiġu riveduti 92 . Fl-2020, il-Kummissarju ppreżenta rapport dwar il-Kodiċi ta’ Etika 93 , li għad irid jiġi kkunsidrat mill-Parlament 94 . Kull sena, il-membri tal-Parlament u l-ministri jippreżentaw id-dikjarazzjoni tal-assi tagħhom lill-uffiċċju tal-Ispeaker tal-Assemblea, filwaqt li l-Kummissarju jwettaq il-verifiki. Il-Kummissarju bħalissa qed isegwi tmien każijiet ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali għall-membri tal-Parlament 95 .

Ir-regoli tal-etika applikabbli għall-persuni ta’ fiduċja ġew emendati iżda tqajjem tħassib dwar il-fattibbiltà u l-effettività tal-kontrolli. Persuni ta’ fiduċja huma obbligati jissottomettu d-divulgazzjoni tal-assi bażiċi 96 . Ir-rakkomandazzjonijiet għall-emendi tal-abbozz ta’ liġi dwar il-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja nħarġu kemm mill-Kummissjoni Venezja kif ukoll mill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni (GRECO) 97 . Minn Marzu 2021, wara l-adozzjoni ta’ bażi legali ċara għall-ħatra tagħhom 98 , uffiċjal pubbliku sekondat ma’ amministrazzjoni oħra jibqa’ marbut mar-regolamenti applikabbli għall-amministrazzjoni pubblika tal-oriġini. Madankollu, il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika esprima tħassib dwar il-fattibbiltà u l-effettività tal-kontroll fuq l-etika ta’ persuni ta’ fiduċja, speċjalment għal dawk li jaħdmu aktar mill-qrib ma’ jew taħt ministru 99 .

Il-programm ta’ investituri individwali, li jippermetti l-għoti ta’ ċittadinanza bi skambju għal pagamenti u investimenti determinati minn qabel, ġie sostitwit bi skema ġdida 100  Dokumenti ppubblikati minn sorsi differenti tal-midja taħt l-isem tal-proġett “passport papers” qajmu dubji dwar il-konformità tal-applikanti għall-programm tal-investitur individwali mar-rekwiżit tal-programm 101 . Il-Kummissjoni Ewropea nediet proċedura ta’ ksur kontra Malta fir-rigward tal-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment preċedenti u dik ġdida fir-rigward tal-konformità mal-liġi tal-UE 102

Iddaħħlet fis-seħħ gwida speċifika biex jittaffew ir-riskji ta’ korruzzjoni fl-akkwist pubbliku matul il-pandemija tal-COVID-19. Fl-2020, id-Dipartiment għall-Kuntratti fi ħdan il-Ministeru tal-Finanzi u l-Impjiegi implimenta r-Regolamenti dwar l-Akkwist ta’ Proprjetà 103 , ippubblikati fit-30 ta’ April 2020, inklużi dispożizzjonijiet kontra l-korruzzjoni u l-kollużjoni 104 . Id-dipartiment għall-Kuntratti implimenta wkoll modulu online ta’ wara l-kuntratt, fi ħdan il-portal uffiċjali tal-akkwist pubbliku 105 , immirat lejn il-prevenzjoni tal-kunflitti ta’ interess fil-proċeduri tal-offerti.

III.Il-Pluraliżmu tal-Midja u l-Libertà tal-Midja

Il-libertà tal-espressjoni hija minquxa fil-Kostituzzjoni ta’ Malta 106 , kif ukoll fl-Att dwar il-Konvenzjoni Ewropea (il-Kapitolu 319 tal-liġijiet ta’ Malta). L-Att dwar il-Midja u d-Diffamazzjoni tat-14 ta’ Mejju 2018 ħassar l-Att tal-Istampa tal-1974, u ġab bidla ġenerali pożittiva tal-liġijiet dwar il-malafama. Il-Kostituzzjoni tistabbilixxi l-kompożizzjoni, il-proċeduri ta’ ħatra u tneħħija u l-indipendenza tal-Awtorità tax-Xandir u tistabbilixxi l-funzjonijiet bażiċi tagħha 107 . L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jistabbilixxi l-qafas legali għall-aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi 108 . Il-leġiżlazzjoni ġiet ippromulgata fl-2020 biex id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva 109 tiġi trasposta fil-liġi Maltija.

L-emendi għall-Att dwar ix-Xandir ta’ Malta ma ġabu l-ebda bidla li ssaħħaħ l-indipendenza u l-funzjonament tal-Awtorità tax-Xandir. Il-membri tal-Awtorità tax-Xandir jinħatru mill-President, fuq il-parir tal-Prim Ministru u wara konsultazzjoni mal-Mexxej tal-Oppożizzjoni. Għalkemm il-ħames membri tal-bord tal-awtorità huma kollha maħtura politikament, minħabba li għandha responsabbiltajiet definiti b’mod ċar fil-liġi u hija ġeneralment trasparenti dwar l-attivitajiet tagħha, il-Monitoraġġ tal-Pluraliżmu tal-Midja 2021 iqis li hemm riskju baxx fejn jidħlu l-indipendenza u l-effettività tal-awtorità 110 . L-Att Nru LVI tal-2020, li emenda l-Att tax-Xandir biex jiġi allinjat mad-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Midja Awdjoviżiva, ma introduċa l-ebda bidla relatata mal-indipendenza tal-Awtorità tax-Xandir 111 .

Għad hemm tħassib fir-rigward tas-sjieda mill-partiti politiċi ta’ diversi mezzi tax-xandir u x-xandara, u l-influenza tagħhom fuqhom. Iż-żewġ partiti politiċi ewlenin rappreżentati fil-Parlament 112 effettivament jippossjedu, jikkontrollaw jew jimmaniġġjaw għadd ta’ mezzi tal-midja u xandara Maltin, inklużi portali tal-aħbarijiet online. L-MPM 2021 iqis li din is-sitwazzjoni tfisser li dawn iż-żewġ partiti “jikkontribwixxu b’mod attiv għat-tiswir tal-ambjent tax-xogħol għall-ġurnalisti” filwaqt li l-mezzi tax-xandir tagħhom huma “influwenza kbira fuq id-diskors pubbliku” 113 . Dan iwassal biex l-MPM 2021 għal darb’oħra jikkunsidra l-indipendenza politika tal-midja bħala f’riskju għoli akut fil-pajjiż 114 . Kif indikat fl-MPM 2020 u mtenni fl-MPM 2021 115 , l-Awtorità tax-Xandir prinċipalment timmonitorja u tirregola l-midja tas-servizz pubbliku (jiġifieri s-Servizzi tax-Xandir Pubbliku (PBS)) filwaqt li tippermetti de facto li ż-żewġ stabbilimenti tax-xandir ewlenin l-oħra - li huma proprjetà tal-Partit Laburista u tal-Partit Nazzjonalista rispettivament - “jibbilanċjaw lilhom infushom editorjalment”. Fid-dawl ta’ din is-sitwazzjoni, tressaq każ kostituzzjonali biex tiġi kkontestata dispożizzjoni tal-Artikolu 13(2) tal-Att dwar ix-Xandir u l-applikazzjoni mir-regolatur ta’ din id-dispożizzjoni li, skont l-argument ippreżentat, tikkonsolida xenarju polarizzat tal-midja 116 .

Saru bidliet żgħar fl-istatut tal-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin (IGM). L-IGM, l-organizzazzjoni professjonali tal-ġurnalisti fil-pajjiż, li twaqqfet fl-1989, unanimament approvat għadd ta’ emendi għall-istatut tagħha (inkluża żieda tal-membri tal-bord tagħha u skrutinju addizzjonali tal-finanzi tagħha) proposti mill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji 117 . Filwaqt li l-MPM 2020 kien indika li l-istitut ġeneralment ma jitqiesx bħala effettiv fis-salvagwardja tal-indipendenza editorjali 118 , l-MPM 2021 jinnota bidla fl-approċċ matul l-aħħar sena li matulha l-istitut “sar leħen aktar qawwi fejn jidħlu l-ħtiġijiet tal-membri tiegħu, kif ukoll proattiv fl-indirizzar ta’ kwalunkwe ostaklu li jħabbtu wiċċhom miegħu l-ġurnalisti fit-twettiq ta’ dmirijiethom.” 119 .

Ma kien hemm l-ebda żviluppi fir-rigward tat-trasparenza tas-sjieda tal-midja u mhi ppjanata l-ebda bidla leġiżlattiva. L-Awtorità tax-Xandir tiġbor informazzjoni dwar is-sjieda tal-mezzi tax-xandir, iżda m’hemm l-ebda obbligu li din tkun faċilment aċċessibbli għall-pubbliku. Minħabba d-daqs relattivament żgħir tas-suq tal-midja, il-pubbliku huwa ġeneralment konxju ta’ min ikun is-sid tal-kumpaniji tal-midja fil-pajjiż. Konsegwentement, l-MPM 2021 iżomm il-punteġġ ta’ riskju medju tiegħu f’termini ta’ trasparenza tas-sjieda tal-midja 120 . L-Att dwar ix-Xandir fih limitazzjonijiet speċifiċi biex ma jitħalliex li jkun hemm grad għoli ta’ konċentrazzjoni orizzontali ta’ sjieda fis-settur tal-medja awdjoviżiva. Madankollu minħabba n-nuqqas ta’ data kompluta huwa diffiċli li ssir valutazzjoni kompluta 121 .

In-nuqqas ta’ qafas legali li jirregola r-reklamar mill-istat ikompli jipprovdi lok għal abbuż kemm mill-Gvern kif ukoll minn politiċi individwali. Dan joħroġ minn investigazzjonijiet imwettqa mill-Kummissarju Malti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, relatati mal-allokazzjoni ta’ fondi pubbliċi għal allegat reklamar politiku fil-midja stampata minn ministru tal-gvern fil-kariga 122 . Abbozz ta’ linji gwida dwar ir-reklamar u l-materjal promozzjonali tal-gvern inħarġu għall-ewwel darba mill-Kummissarju għall-Istandards fil-ħajja pubblika f’Ġunju 2021 u għad trid issir konsultazzjoni dwarhom 123 .

F’April 2020, Malta Enterprise nediet skema ta’ appoġġ għall-fornituri tal-midja tal-aħbarijiet biex ittaffi l-effetti negattivi tal-pandemija tal-COVID-19. L-iskema, li sa Frar 2021 kienet qassmet ftit aktar minn EUR 1,2 miljun f’fondi, kienet imfassla biex tgħin lil dawk l-operaturi tal-midja li jimpjegaw mill-inqas erba’ ġurnalisti full-time u li jipprovdu servizzi tal-aħbarijiet ta’ kuljum. Diversi djar ewlenin tal-midja indipendenti ddifendew l-iskema. Partijiet ikkonċernati oħra, inklużi ċerti djar tal-midja u outlets indipendenti oħra, ikkummentaw li l-iskema kienet nieqsa mit-trasparenza fejn jidħlu l-kriterji użati biex jiġu ddeterminati l-ammonti allokati u li kienet imfassla b’mod li tkun ta’ benefiċċju għad-djar tal-midja li huma proprjetà tal-partiti politiċi 124 . L-MPM 2021 jirrapporta li diversi talbiet għal-libertà ta’ informazzjoni li saru dwar il-kwistjoni baqgħu mhux imwieġba 125 . Għar-raġunijiet imsemmija hawn fuq, l-MPM 2021 iżomm il-punteġġ ta’ riskju medju tiegħu f’termini ta’ regolamentazzjoni tal-istat tar-riżorsi u l-appoġġ għas-settur tal-midja 126 .

Il-Gvern beda rieżami tal-qafas legali li jippermetti aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi. L-Att dwar il-Libertà tal-Informazzjoni jistabbilixxi li ċ-ċittadini Maltin, iċ-ċittadini tal-UE u n-nies li għexu f’Malta għal perjodu ta’ mill-inqas ħames snin huma eliġibbli biex jitolbu aċċess għall-informazzjoni miżmuma mill-awtoritajiet pubbliċi 127 . Kwalunkwe rifjut li jingħata aċċess għandu jkun motivat u jista’ jiġi appellat. Il-ġurnalisti, l-NGOs 128 u l-MPM 2021 jirrapportaw li l-ġurnalisti b’mod konsistenti jiltaqgħu ma’ diffikultajiet meta jitolbu tali aċċess, minħabba rifjut dirett, dewmien sinifikanti u nuqqas ta’ tweġiba. Barra minn hekk, l-IGM indika li l-awtoritajiet pubbliċi ta’ spiss jiċħdu l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni u d-data filwaqt li jqajmu wkoll tħassib fir-rigward tat-trattament ta’ ċerti konferenzi stampa relatati mal-COVID-19 li matulhom il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti ma ġewx imxandra 129 . Għal dawn ir-raġunijiet, l-MPM 2021 żied b’mod sinifikanti l-punteġġ tar-riskju għal dan il-qasam għalkemm żammu fi ħdan il-medda ta’ riskju medju 130 . Il-Gvern ħabbar li fid-dawl tar-Rakkomandazzjonijiet tal-GRECO dwar il-kwistjoni 131 , f’Jannar 2021 tnieda studju indipendenti biex jeżamina l-kwistjoni.

L-inkjesta pubblika stabbilita biex tiddetermina jekk l-istat għandux xi responsabbiltà għaċ-ċirkostanzi li wasslu għall-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kompliet tisma’ x-xhieda 132 . Matul l-2020 u l-2021, l-inkjesta pubblika indikat dak li xi partijiet ikkonċernati kkwalifikaw bħala każijiet inkwetanti ta’ interferenza politika, ħabi mill-pulizija u kollużjoni mal-kriminali 133 . Sottomissjoni lill-inkjesta pubblika miktuba mill-organizzazzjoni internazzjonali tal-libertà tal-kelma Artikolu 19 u appoġġata minn diversi assoċjazzjonijiet tal-istampa internazzjonali tikkonkludi li jekk jitlesta l-mandat tal-inkjesta u r-rakkomandazzjonijiet tagħha jiġu implimentati “għandha l-potenzjal li tifforma preċedent importanti għall-kisba tal-ġustizzja għall-ġurnalisti madwar id-dinja” filwaqt li żżid li l-ħidma tal-inkjesta “hija essenzjali biex jiġu żgurati riparazzjonijiet għall-vittma, il-familja tagħha u s-soċjetà Maltija 134 .

Il-ġurnalisti għadhom qed jiffaċċjaw għadd ta’ sfidi fl-eżerċizzju tal-professjoni tagħhom. Dan ġie kkonfermat mill-ġurnalisti, l-IGM, l-MPM kif ukoll l-NGOs 135 għalkemm l-MPM 2021 tirreġistra tnaqqis żgħir fir-riskju meta mqabbel mal-MPM 2020 136 . Il-Pjattaforma tal-Kunsill tal-Ewropa biex tippromwovi l-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti rrappurtat żewġ twissijiet ġodda fl-2020 137 , li għad iridu jiġu riżolti, relatati mal-ftuħ ta’ kawżi ta’ SLAPP 138 minn negozjant Brittaniku-Azerbajġani kontra ħames mezzi tax-xandir Maltin u dwar l-allegat tixħim ta’ ġurnalist Times ta’ Malta. Iż-żewġ twissijiet huma relatati, rispettivament, mal-ġurnaliżmu investigattiv imwettaq minn Daphne Caruana Galizia u mal-proċedimenti kriminali relatati mal-qtil tagħha 139 . L-IGM qajmet tħassib fir-rigward ta’ dik li tiddeskrivi bħala “in-normalizzazzjoni tar-ridikulu u d-deriżjoni” tal-ġurnalisti fuq il-midja soċjali 140 .

IV.Kwistjonijiet istituzzjonali oħra relatati mal-ekwilibriju tas-setgħat

Malta hija repubblika parlamentari fejn is-setgħa leġiżlattiva hija vestita fil-Kamra tar-Rappreżentanti, li huwa Parlament b’kamra waħda eletta għal mandat ta’ ħames snin. L-awtorità eżekuttiva hija f’idejn il-President elett mill-Parlament, u fil-Kabinett immexxi mill-Prim Ministru. Il-Ministri kollha tal-Gvern, inkluż il-Prim Ministru, iridu jkunu membri tal-Parlament. Il-kawżi kostituzzjonali jinstemgħu mill-Qorti Kostituzzjonali. Il-Kostituzzjoni tistabbilixxi għadd ta’ awtoritajiet indipendenti, inkluż l-Uffiċċju tal-Ombudsperson.

L-ekwilibriju tas-setgħat ġie msaħħaħ fil-proċedura ta’ kif jinħatar u jitneħħa l-President ta’ Malta. Ir-riforma adottata f’Lulju 2020 tipprevedi li l-President ta’ Malta jiġi elett b’maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament, minflok b’maġġoranza sempliċi. Dan huwa konformi mal-opinjonijiet tal-Kummissjoni Venezja, li madankollu talbet ukoll li jiġi previst mekkaniżmu kontra l-imblokk, li bħalissa ma jeżistix 141 . Barra minn hekk, it-tneħħija tal-President issa teħtieġ maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament u tista’ tiġi deċiża biss fuq il-bażi ta’ inkapaċità ppruvata li jitwettqu l-funzjonijiet tal-uffiċċju 142 jew “imġiba ħażina ppruvata”. Filwaqt li laqgħet ir-riforma, il-Kummissjoni Venezja rrakkomandat li l-President għandu jkollu dritt ta’ appell quddiem il-Qorti Kostituzzjonali kontra konstatazzjoni ta’ mġiba ħażina bħal din, idealment qabel il-votazzjoni finali fil-Parlament 143 .

Ir-rwol imsaħħaħ tal-Ombudsperson jista’ jissaħħaħ aktar u l-abbozz ta’ liġi li tistabbilixxi istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem għadu qed jiġi diskuss fil-Parlament. Riforma adottata f’Ġunju 2020 poġġiet ir-regoli dwar il-ħatra 144 , is-sospensjoni u t-tkeċċija tal-Ombudsperson fil-livell kostituzzjonali. Fl-opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni Venezja laqgħet ir-riforma, filwaqt li għamlet għadd ta’ rakkomandazzjonijiet addizzjonali 145 , b’mod partikolari billi rrakkomandat li l-Ombudsperson igawdi dritt għal rieżami ġudizzjarju tad-deċiżjoni dwar it-tkeċċija tiegħu minħabba “mġiba ħażina ppruvata” 146 . L-Ombudsperson fil-kariga wera dispjaċir għan-nuqqas ta’ konsultazzjoni dwar ir-riforma, filwaqt li għamel proposti biex ikompli jissaħħaħ dan l-Uffiċċju 147 . Barra minn hekk, l-Ombudsperson qajjem tħassib fir-rigward tan-nuqqas ta’ segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tiegħu u ppropona li l-Parlament għandu jkun marbut li jiddiskuti l-opinjonijiet ippreżentati 148 . Il-mandat tal-Ombudsprson preżenti skada fil-21 ta’ Marzu 2021, iżda l-ebda suċċessur ma ġie nnominat sad-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-rapport 149 . Il-proposta biex tiġi stabbilita istituzzjoni nazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, proposta fl-2019, għadha qed tiġi diskussa fil-Parlament.

Ġiet adottata riforma kostituzzjonali dwar il-ħatriet għal ċerti kummissjonijiet indipendenti. Ir-riforma adottata fit-24 ta’ Marzu 2021 150 ipprevediet li s-setgħat relatati mal-ħatra ta’ għadd ta’ kummissjonijiet indipendenti 151 issa ser jingħataw lill-Kabinett tal-Ministri, minflok lill-Prim Ministru. Il-Kummissjoni Venezja laqgħet ir-riforma bħala pass pożittiv, billi għamlet rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-formulazzjoni eżatta li għandha tintuża f’dan ir-rigward 152 . Il-Kummissjoni Venezja tenniet ukoll ir-rakkomandazzjoni tagħha biex jissaħħu l-proċeduri tal-ħatra tal-Kummissjoni Elettorali, tal-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku u tal-Awtorità tax-Xandir 153 . Il-Gvern għandu l-ħsieb li jiddiskuti din il-kwistjoni fil-kuntest tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Minħabba l-pandemija attwali tal-COVID-19, għadu ma ġiex deċiż meta għandha titlaqqa' l-Konvenzjoni. L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili enfasizzaw il-ħtieġa ta' informazzjoni dwar iż-żmien, il-proċess u l-parteċipazzjoni fil-Konvenzjoni 154 .

Ġew adottati riformi li kienu proposti fl-2020 fir-rigward tal-ħatra ta’ persuni li jeżerċitaw l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi fl-amministrazzjoni pubblika 155 . Fit-24 ta’ Marzu 2021, ġiet adottata emenda li tistabbilixxi bażi ċara għall-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja 156 . Emenda oħra, adottata fit-24 ta’ Mejju 2021, tiżgura li l-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku, li hija korp kostituzzjonali indipendenti, tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-President tar-Repubblika għall-ħatra u t-tneħħija ta’ segretarji permanenti, abbażi ta’ rekwiżiti ċari u stabbiliti minn qabel 157 . Dawn l-emendi għandhom l-għan li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Venezja u tal-GRECO 158 .

Hemm bżonn li jiġi żgurat segwitu konsistenti tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali fejn jinstab li l-liġijiet ma jkunux kostituzzjonali. Skont l-ordni kostituzzjonali Malti, is-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali m’għandhomx effett erga omnes. Il-liġijiet li jinstab li ma jkunux konformi mal-kostituzzjoni jibqgħu fis-seħħ sakemm il-Parlament iħassarhom. Il-Kummissjoni Venezja sabet li fil-prattika l-Parlament ma jidhirx li jiżgura tali segwitu b’mod konsistenti u f’dak ir-rigward 159 irrakkomandat li jiġi introdott obbligu għall-Parlament li jħassar jew jemenda f’perjodu ta’ żmien limitat dispożizzjonijiet li nstabu li ma humiex konformi mal-kostituzzjonai. Bħalissa m’ hemm l-ebda inizjattiva ppjanata biex tindirizza din il-kwistjoni 160 .

Riflessjoni dwar ir-rwol tal-Parlament tista’ tiġi indirizzata fil-kuntest tal-Konvenzjoni Kostituzzjonali. Il-Kummissjoni Venezja tenniet ir-rakkomandazzjonijiet fir-rigward tal-Parlament, b’mod partikolari biex tiġi pprovduta biżżejjed kapaċità ta’ riċerka għall-Membri individwali tal-Parlament (MP), pariri legali indipendenti għal tali Membri u jiġi żgurat li l-Membri tal-Parlament li jkunu backbenchers isiru inqas dipendenti fuq karigi tal-gvern 161 . F’dak ir-rigward, il-Gvern ħabbar l-intenzjoni tiegħu li jiddiskuti, fil-kuntest tar-riforma kostituzzjonali, jekk il-membri parlamentari għandhomx jingħataw l-għażla bejn li jaħdmu full-time jew part-time 162 . Id-diskussjonijiet dwar l-allokazzjoni ta’ fondi addizzjonali għall-ingaġġ ta’ uffiċjali tar-riċerka minn kull grupp parlamentari għadhom għaddejjin.

Għad fadal sfidi fil-proċess tat-tfassil tal-liġijiet fir-rigward tal-użu limitat ta’ strumenti bbażati fuq l-evidenza u l-effettività tal-konsultazzjonijiet pubbliċi 163 . It-tħassib preċedenti dwar l-użu limitat tal-konsultazzjonijiet pubbliċi jibqa’ validu fir-rigward tar-riformi adottati f’Ġunju 2020 164 . L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qajmu wkoll tħassib dwar in-nuqqas ta’ konsultazzjonijiet rigward il-liġijiet li jaffettwaw il-funzjonament tagħhom 165 . Il-pjattaforma tal-Parteċipazzjoni elettronika li qed tiġi żviluppata mill-gvern 166 , hija mistennija li tintuża biex jitwettqu konsultazzjonijiet pubbliċi 167 .

Komplew jiġu adottati miżuri biex tiġi ffaċċjata l-pandemija tal-COVID-19. L-Att dwar is-Saħħa Pubblika 168 jagħti lis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika s-setgħa li jiddikjara l-istat ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika, mingħajr il-ħtieġa li jiġi stabbilit il-perjodu ta’ żmien tad-dewmien tagħha 169 . L-istess Att jipprovdi lis-Supretendent bis-setgħa li jagħmel, jemenda jew jirrevoka ordnijiet f’każijiet ta’ epidemiji u mard infettiv. Dawn is-setgħat intużaw aktar minn 55 darba minn Ġunju sa Diċembru 2020 u darbtejn (Jannar u Frar) fl-2021 170 . Ir-regolamenti u l-ordnijiet maħruġa taħt l-istat ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika jistgħu jkunu soġġetti għal skrutinju mill-Parlament 171 .

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili esprimew tħassib dwar l-aċċess għall-finanzjament u r-rwol tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji. L-ispazju ċiviku għadu jitqies bħala ristrett fid-dawl ta’, fost l-oħrajn, il-kundizzjonijiet għall-ġurnalisti 172 . L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jipparteċipaw b’mod attiv fid-dibattitu pubbliku. Madankollu, huma esprimew tħassib dwar regoli ġodda dwar attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi adottati f’Settembru 2020 173 peress li jidher li dawn joħolqu ostaklu doppju għall-assoċjazzjonijiet biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom 174 u jagħtu diskrezzjoni mhux dovuta lill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex jirrifjuta l-approvazzjoni ta' kwalunkwe persuna biex jaġixxi bħala kollettur 175 . L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili qajmu tħassib li l-azzjonijiet tal-Kummissarju jistgħu jkunu motivati politikament 176 . Fl-2020 kien hemm miftuħa diversi skemi, inkluż fond ta’ emerġenza 177 stabbilit fl-2020 biex jgħin lill-Organizzazzjonijiet Volontarji jegħlbu l-isfidi involuti mill-pandemija tal-COVID-19, li ġie estiż sa Marzu 2021 u ngħata EUR 150 000 addizzjonali. Aktar minn 120 grupp mingħajr skop ta’ qligħ ibbenefikaw mill-ewwel stadju tal-iskema mnedija f’Mejju 2020 b’finanzjament ta’ EUR 125 000 178 . Fl-1 ta’ Lulju 2021, rriżenja l-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Voluntarji 179 .

Anness I: Lista ta’ sorsi f’ordni alfabetiku *

* Il-lista ta’ kontributi riċevuti fil-kuntest tal-konsultazzjoni għar-rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021 tista’ tinstab fuq https://ec.europa.eu/info/policies/justice-and-fundamental-rights/upholding-rule-law/rule-law/rule-law-mechanism/2021-rule-law-report-targeted-stakeholder-consultation .

Artikolu 19(2021), Inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia Sottomissjonijiet bil-miktub, il-31 ta’ Marzu 2021( Submission to Public Inquiry (mfrr.eu) ).

L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta (2021) Stqarrija għall-Istampa 11 ta’ Frar 2021(artiklu dwar l-istqarrija għall-istampa: Government urged to issue a call for more magistrates (timesofmalta.com) ).

BBC (2021), Malta golden passports: 'Loopholes' found in citizenship scheme tat-22 April 2021, ( https://www.bbc.com/news/world-europe-56843409 ).

Centre for Media Pluralism and Media Freedom (2021), Media pluralism monitor 2021 ( https://cmpf.eui.eu/media-pluralism-monitor/mpm-2021/ ).

Il-Kamra tal-Avukati (2020), stqarrija għall-istampa tal-14 ta’ Mejju 2020, ( https://www.avukati.org/2020/05/14/press-release-chamber-of-advocates-may-14-2020/ ).

Il-Kamra tal-Avukati (2021) A Position Paper of the Chamber of Advocates —Bill 198- the Supremacy of the Constitution and due process—, 10 March 2021 ( https://www.avukati.org/2021/03/10/bill-198-the-supremacy-of-the-constitution-and-due-process/ ).

Il-Kamra tal-Avukati (2021), MFSA Consultation on new CSP Rulebook. Chamber of Advocates Feedback and Position Paper ( https://www.avukati.org/wp-content/uploads/2021/01/Chambers-response-MFSA-consultation-CSP-Rulebook.pdf ).

Civicus, Monitor tracking civic space – Malta ( https://monitor.civicus.org/country/malta/ ).

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika (2021), il-Każ K/028, Allocation of public funds for alleged political advertising in print media, case report ( https://standardscommissioner.com/wp-content/uploads/Commissioner-for-Standards-case-report-K028.pdf ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2010), Recommendation CM/Rec(2010)12 of the Committee of Ministers to member states on judges: independence, efficiency and responsibilities.

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kumitat tal-Ministri (2016), Recommendations and Declarations of the Committee of Ministers of the Council of Europe in the field of media and information society, ( https://rm.coe.int/CoERMPublicCommonSearchServices/DisplayDCTMContent?documentId=0900001680645b44 ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kunsill Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej (2016), Opinion No. 19 on the role of Court Presidents ( https://www.coe.int/en/web/ccje/avis-n-19-sur-le-role-des-presidents-de-tribunaux ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Platform to promote the protection of journalism and safety of journalists, ( https://www.coe.int/en/web/media-freedom ).

Il-Kunsill tal-Ewropa: Il-Kummissjoni Venezja (2020), CDL-AD(2020)019-e Opinion of 8 October 2020 on Malta - Opinion on ten Acts and bills implementing legislative proposals subject of Opinion CDL-AD(2020)006 ( https://www.venice.coe.int/webforms/documents/?pdf=CDL-AD(2020)019-e  ).

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Flash Eurobarometer 482: L-attitudnijiet tan-negozji lejn il-korruzzjoni fl-UE.

Id-Direttorat Ġenerali għall-Komunikazzjoni (2020), Ewrobarometru Speċjali 502: il-korruzzjoni.

Il-Kummissjoni Ewropea (2020), Rapport dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta.

Il-Kummissjoni Ewropea (2021), Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE.

GRECO (2019), Fifth Evaluation Round – Evaluation Report on Malta on preventing corruption and promoting integrity in central governments (top executive functions) and law enforcement agencies.

Is-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-20 ta’ April 2021, Repubblika v Il-Prim Ministru, C-896/19, ECLI:EU:C:2021:311.

Il-Gvern ta’ Malta (2021), National Anti-Fraud and Corruption Strategy ( https://parlament.mt/media/112436/national-anti-fraud-and-corruption-strategy_en.pdf ).

Il-Parlament ta’ Malta (2021), Karta Mqiegħda Nru.: 6624, National Anti-Fraud and Corruption Strategy published by the Office of the Prime Minister, dated May 2021 ( https://parlament.mt/en/paper-laid/?id=34616 ).

Ombusdman Parlamentari Malta (2020), Rapport Annwali 2019 ( https://www.ombudsman.org.mt/category/annual-reports/ ).

Reporters without Borders – Malta ( https://rsf.org/en/taxonomy/term/150 ).

Repubblika (2020), Stqarrija għall-Istampa n.117/2020 ( Stqarrija PR 117/2020 - Repubblika ). 

Repubblika (2021), Stqarrija għall-Istampa n. 34/2021, Reply to the Commissioner for Voluntary Organisations, 16 March 2021 ( https://repubblika.org/press-release/reply-commissioner-voluntary-organisations-remarks-press/ ).

Repubblika (2021), Stqarrija għall-Istampa n. 52/2021, We congratulate four people who will be appointed to serve as judges in the Superior Courts of Malta. We wish them wisdom and courage to do work without looking anyone in the face, 15 April 2021 ( https://repubblika.org/press-release/we-congratulate-four-people-who-will-be-appointed-to-serve-as-judges-in-the-superior-courts-of-malta-we-wish-them-wisdom-and-courage-to-do-work-without-looking-anyone-in-the-face/ ).

Times of Malta (2021), ‘Exposed: the great residency sham to obtain a Maltese passport’, it-22 ta’ April 2021 ( https://timesofmalta.com/articles/view/exposed-the-great-residency-sham-to-obtain-a-maltese-passport.866220 ).

Transparency International (2021), Corruption Perceptions Index 2020.

Anness II: Żjara tal-pajjiż f’Malta

Is-servizzi tal-Kummissjoni kellhom laqgħat virtwali f’April 2021 ma’:

·L-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta

·L-Awditur Ġenerali

·Il-Fondazzjoni Aditus

·L-Awtorità tax-Xandir

·Il-Kamra tal-Avukati

·Il-Prim Imħallef u membri tal-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja

·Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika

·Il-Fondazzjoni Daphne Caruana Galizia

·It-Tribunal Industrijali

·Il-Kummissarju għat-Tagħrif u l-Protezzjoni tad-Data

·Id-Dipartiment tal-Awditjar Intern u tal-Investigazzjonijiet

·L-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin

·Lovin Malta

·Il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza;

·L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali

·L-Uffiċċju tal-Ombudsman Parlamentarin – Malta

·Il-Kummissjoni Permanenti kontra l-Korruzzjoni

·Il-Pulizija: Id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet tar-Reati Finanzjarji

·Il-Kummissjoni tas-Servizz Pubbliku

·Il-Professur Justin Borg- Barthet

·Repubblika

·Is-Segretarjat tal-Parlament

·L-Avukat tal-Istat

* Il-Kummissjoni ltaqgħet ukoll mal-organizzazzjonijiet li ġejjin f’għadd ta’ laqgħat orizzonali:

·Amnesty International

·Iċ-Ċentru għad-Drittijiet Riproduttivi

·CIVICUS

·L-Unjoni għall-Ewropa tal-Libertajiet Ċivili

·Is-Soċjetà Ċivili Ewropa

·Il-Konferenza tal-Knejjes Ewropej

·EuroCommerce

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Liġi dwar għaqdiet mhux għall-gwadann

·Iċ-Ċentru Ewropew għal-Libertà tal-Istampa u tal-Medja

·Il-Forum Ċiviku Ewropew

·Il-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti

·It-Tisħib Ewropew għad-Demokrazija

·Il-Forum Ewropew taż-Żgħażagħ

·Front Line Defenders

·Il-Fundazzjoni tad-Dar tad-Drittijiet tal-Bniedem

·Human Rights Watch

·ILGA-Europe

·Il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Ġuristi

·Il-Federazzjoni Internazzjonali tad-Drittijiet tal-Bniedem

·In-Netwerk Ewropew tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Ippjanar tal-Familja (IPPF EN)

·L-Istitut Internazzjonali tal-Istampa

·Il-Kumitat Netherlands Helsinki

·L-Istitut ta’ Politika Ewropew għal Soċjetà Miftuħa

·Philanthropy Advocacy

·Protection International

·Reporters bla Fruntieri

·Transparency International EU

(1)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I.
(2)      Att Nru XIX tal-2021 - Att dwar Riforma fil-Professjoni Legali ġie ppubblikat fl-20 ta’ April 2021. Skont il-Gvern Malti (kontribuzzjoni għar-rapport preżenti), l-abbozz ta’ liġi għandu l-għan li jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Kumitat ta’ Esperti tal-Kunsill tal-Ewropa dwar l-Evalwazzjoni ta’ Miżuri Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu (Moneyval) fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-professjoni legali (ara l-miżuri ta’ Moneyval kontra l-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu f’Malta – Ir-Rapport ta’ Evalwazzjoni Reċiproka, il-Ħames (5) Ċiklu. Il-Kamra tal-Avukati qajmet tħassib dwar dan l-abbozz ta’ liġi, bl-argument li ma jindirizzax il-kwistjonijiet persistenti (bħat-titjib tal-istandards tal-etika u l-professjonaliżmu fil-professjoni legali u r-regolamentazzjoni tal-miżuri għad-dħul fis-suq għall-professjonisti legali) (informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta). Ara wkoll il-Kamra tal-Avukati (2021), Malta Financial Services Authority Consultation on new Company Service Providers Rules book. Feedback tal-Kamra tal-Avukati u Dokument ta’ Pożizzjoni.
(3)    Figura 48 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021. Il-livell ta’ indipendenza ġudizzjarja perċepita huwa kategorizzat kif ġej: baxx ħafna (inqas minn 30 % ta’ dawk li wieġbu jqisu l-indipendenza ġudizzjarja bħala pjuttost tajba u tajba ħafna); baxxa (bejn 30-39 %), medja (bejn 40-59 %), għolja (bejn 60-75 %), għolja ħafna (aktar minn 75 %).
(4)    Figura 50 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(5)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kapitolu tal-Pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta, p. 2. Il-Qorti tal-Ġustizzja vvalutat il-konformità tas-sistema preċedenti għall-ħatriet ġudizzjarji, fis-seħħ bejn l-2016 u l-2020, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ referenza preliminari (sentenza tal-20 ta’ April 2021 fil-Kawża C-896/19, Repubblika). Il-Qorti kkonstatat li l-Artikolu 19(1) tat-TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix dispożizzjonijiet nazzjonali li jagħtu lill-Prim Ministru tal-Istat Membru kkonċernat setgħa determinanti fil-proċess tal-ħatra tal-membri tal-ġudikatura, filwaqt li jipprevedi l-involviment, f’dan il-proċess, ta’ korp indipendenti inkarigat, fost affarijiet oħra, mill-evalwazzjoni tal-kandidati għall-kariga ġudizzjarja u li jagħti opinjoni dwar dan lill-Prim Ministru.
(6)      Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e Opinjoni tat-8 ta’ Ottubru 2020 dwar Malta - Opinjoni dwar għaxar Atti u abbozzi li jimplimentaw proposti leġiżlattivi soġġetti għall-Opinjoni CDL-AD(2020)006.
(7)      Ibid, paragrafi 24-40.
(8)    L-opinjoni tal-Kummissjoni Venezja CDL-AD(2020)019-e u r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa – Committee of Ministers Recommendation CM/Rec(2010)12 on judges: independence, efficiency and responsibilities.
(9)    Il-Kamra tal-Avukati, stqarrija għall-istampa tat-14 ta’ Mejju 2020.
(10)    Ara Repubblika, Stqarrija għall-Istampa Nru 52/2021.
(11)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 13.
(12)    Ara r-Repubblika, Stqarrija għall-Istampa n.117/2020.
(13)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 31.
(14)      Id-dettalji dwar il-proċess tal-adozzjoni huma stabbiliti fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020: Kapitolu għal Malta – Parti I pp. 2–3.
(15)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 48.
(16)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 41.
(17)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 42.
(18)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 43. B’mod partikolari, il-Kummissjoni Venezja tqis li jkun preferibbli li l-elezzjoni tal-Prim Imħallef issir mill-Imħallfin tal-Qorti Suprema. Fl-osservazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni Venezja, il-Gvern indika li fil-Parlament ma seta’ jintlaħaq l-ebda ftehim fuq mekkaniżmu li jiżblokka sitwazzjoni staġnata.
(19)      Għandu jiġi nnutat li l-ħatra tal-Prim Imħallef mill-Parlament mingħajr l-involviment tal-ġudikatura għandu element politiku qawwi. Din il-kwistjoni hija ta’ importanza partikolari fid-dawl tal-ħafna rwoli li għandu l-Prim Imħallef fis-sistema tal-ġustizzja Maltija (ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I. Fir-rigward tal-istandards applikabbli għall-presidenti tal-qrati, ara l-Kunsill Konsultattiv tal-Imħallfin Ewropej (CCJE), l-Opinjoni Nru 19 (2016), ir-Rwol tal-Presidenti tal-Qorti, para. 53. Il-Prim Imħallef preżenti, li diġà kien imħallef anzjan, inħatar f’April 2020 skont il-proċedura bbażata fuq maġġoranza ta’ żewġ terzi fil-Parlament (qabel ma saret obbligu legali).
(20)    Il-Kamra tal-Avukati, stqarrija għall-istampa tat-14 ta’ Mejju 2020.
(21)    Kif innutat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta (Parti I).
(22)    Bis-saħħa tar-Regolamenti tal-2020 dwar Prosekuzzjonijiet ta’ Reati (Dispożizzjonijiet Tranżitorji) (A.L. 378 tal-2020).
(23)    Dawn jikkonċernaw ukoll omiċidju volontarju, terroriżmu, ħasil tal-flus, tixħim, frodi u miżapproprjazzjoni fejn it-telf finanzjarju kkawżat huwa mill-inqas ħamsin elf euro (EUR 50,000), kif ukoll l-evażjoni tad-dazji doganali.
(24)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 57.
(25)    Ara wkoll il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 98. F’dan il-kuntest, hemm fis-seħħ Proċeduri Operattivi Standard bejn il-Pulizija u l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali biex jiġi żgurat it-teħid bla xkiel ta’ dawn id-dmirijiet minn prosekuturi fl-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
(26)      Ara l-Artikolu 91A(5) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta. Ta’ min jinnota, madankollu, li l-modalitajiet applikabbli għat-tneħħija tal-Avukat tal-Istat mhumiex imnaqqxa fil-kostituzzjoni u jistgħu jiġu emendati b’maġġoranza assoluta tal-Parlament. Ta’ min jinnota wkoll li t-tneħħija tal-Avukat Ġenerali u l-Avukat tal-Istat tista’ ssir biss f’każ ta’ “minħabba inkapaċità ippruvata li jaqdi l-funzjonijiet tal-kariga tiegħu (kemm jekk għal mard korporali jew mentali jew għal xi raġuni oħra) jew imġiba ħażina ppruvata”.
(27)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafi 49-50. L-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali indika li l-Qorti Kostituzzjonali tista’ tiġi invokata f’każ li d-deċiżjoni ta’ tneħħija tkun tali li twassal għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem (informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta). Huwa nnutat li l-Kummissjoni għall-Amministrazzjoni tal-Ġustizzja taġixxi bħala l-korp responsabbli għall-investigazzjoni ta’ allegazzjonijiet għal tali tneħħija.
(28)    Fil-prattika, il-ħatra tal-Avukat Ġenerali ssir mill-President li jaġixxi fuq rakkomandazzjoni tal-Prim Ministru wara li jkun ta’ konsiderazzjoni xierqa lir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni tal-Ħatriet. Ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I, p.5.
(29)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I.
(30) Dawn it-tribunali jinkludu l-Bord tal-Appelli dwar ir-Refuġjati, it-Tribunal ta' Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, it-Tribunal għal Talbiet ta' Konsumaturi, it-Tribunal tal-Appell għall-Kompetizzjoni u għall-Konsumatur, it-Tribunal Industrijali, it-Tribunal tal-Appell dwar l-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, it-Tribunal ta' Reviżjoni dwar is-Saħħa Mentali, it-Tribunal tal-Privattivi, it-Tribunal ta' Appelli dwar il-Liċenzji tal-Pulizija, il-Bordijiet tat-Tribunali Amministrattivi ta’ Reviżjoni u t-Tribunal tal-Appelli tal-Ħabs.
(31)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 98; ara wkoll CDL-AD(2020)006 il-paragrafi 97-98; kif ukoll CDL-AD(2018)028 il-paragrafi 80-83.
(32)    Dan it-tħassib huwa relatat fost l-oħrajn mal-metodu tal-ħatra tal-membri tat-tribunali. Informazzjoni li waslet mill-Kamra tal-Avukati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(33)        Informazzjoni li waslet mill-Kamra tal-Avukati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(34)    Figura 41 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(35)    Figura 42 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(36)    Figura 43 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(37)    Figura 45 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(38)      Att Nru III tal-2021.
(39)      Att Nru LIII tal-2020.
(40)      Abbozz ta’ Liġi Nru 198 Att biex jemenda l-att dwar l-interpretazzjoni, Kap. 249. F’Ottubru 2020, ġew proposti emendi leġiżlattivi (l-Abbozz 166 tal-2020) għall-Artikolu 39 tal-Kostituzzjoni biex jiġi affermat li l-awtoritajiet regolatorji jistgħu jimponu penali amministrattivi ta’ natura kriminali, sakemm id-deċiżjoni li jiġu imposti tali penali tkun soġġetta għad-dritt ta’ appell quddiem qorti jew tribunal indipendenti u imparzjali stabbilit bil-liġi. Madankollu il-maġġoranza ta’ żewġ terzi meħtieġa biex jiġi emendat l-Artikolu 39 ma nkisbitx.
(41)      Ara l-Artikolu 2 tal-Abbozz ta’ Liġi Nru 198.
(42)      Stqarrija għall-Istampa tal-Kamra tal-Avukati tal-10 ta’ Marzu 2021. Informazzjoni li waslet mill-Kamra tal-Avukati u fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta. Skont l-informazzjoni li waslet, l-abbozz ta’ leġiżlazzjoni jista’ jdur mal-Artikolu 39 tal-kostituzzjoni kif interpretat mill-Qorti Kostituzzjonali u, bħala tali, ikun jiġġustifika emenda kostituzzjonali.
(43)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2021)009-e, il-paragrafi 96 – 104. Skont l-informazzjoni miksuba mill-awtoritajiet Maltin, il-Gvern għandu l-intenzjoni li jipproponi emendi għall-Abbozz 166 tal-2020 u jkompli għaddej bid-dibattitu parlamentari dwaru (jiġifieri l-emenda kostituzzjonali), f’konformità mal-Opinjoni Urġenti tal-Kummissjoni Venezja.
(44)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I.
(45)    Figura 7 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(46)    Figura 8 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(47)    Figura 22 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(48)    Figura 9 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(49)    Figura 11 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021.
(50)      Informazzjoni li waslet mill-Kamra tal-Avukati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta u l-kontribut riċevut mill-Fondazzjoni Aditus wara ż-żjara fil-pajjiż.
(51)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta, p. 6.
(52)      Ara l-kontribut minn Malta għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021, p. 23 (ippreżentat wara ż-żjara fil-pajjiż). B’mod partikolari, ġie abbozzat Abbozz li jagħti dettalji tar-riforma tal-proċedimenti tal-kompilazzjoni tal-evidenza u huwa mistenni li jiġi ppreżentat lill-Kabinett tal-Ministri dalwaqt.
(53)      L-Att Nru XXXII tal-2021 - L-Att dwar ir-Riforma tal-Ġustizzja tal-Proċedura Ċivili.
(54)    Figura 31 tat-Tabella ta’ Valutazzjoni tal-Ġustizzja tal-UE għall-2021. Malta kellha 8,7 imħallef għal kull 100.000 abitant fl-2019.
(55)      Stqarrija għall-Istampa tal-Assoċjazzjoni tal-Imħallfin u l-Maġistrati ta’ Malta, it-22 ta’ April 2021.
(56)      Ibid.
(57)    Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti II.
(58) Transparency International, Corruption Perceptions Index 2020 (2021), pp. 2–3. Il-livell ta’ perċezzjoni tal-korruzzjoni huwa kategorizzat kif ġej: baxx (il-perċezzjoni fost l-esperti u l-eżekuttivi tan-negozju tal-korruzzjoni fis-settur pubbliku hija ogħla minn 79); relattivament baxx (punteġġi bejn l-79-60), relattivament għoli (punteġġi bejn 59-50), għoli (punteġġi taħt 50).
(59)      Fl-2015 il-punteġġ kien ta’ 60, filwaqt li fl-2020, il-punteġġ kien ta’ 53. Il-punteġġ jiżdied/jonqos b’mod sinifikanti meta jinbidel b’aktar minn ħames punti; jitjieb/jiddeterjora (bidliet bejn 4-5 punti); ikun relattivament stabbli (bidliet b’minn 1-3 punti) fil-ħames snin preċedenti.
(60) Id-data tal-Ewrobarometru dwar il-perċezzjoni u l-esperjenza tal-korruzzjoni taċ-ċittadini u n-negozji kif irrappurtata s-sena l-oħra tiġi aġġornata kull sentejn. L-aħħar sett ta’ data huwa l-Ewrobarometru Speċjali 502 (2020) u l-Ewrobarometru Flash 482 (2019).
(61)      L-istrateġija għandha l-għan li jkollha qafas normattiv, istituzzjonali u operazzjonali għall-ġlieda effettiva u effiċjenti kontra l-irregolaritajiet, il-frodi u l-korruzzjoni f’Malta u li jitnaqqsu l-irregolaritajiet, il-frodi u l-korruzzjoni għall-minimu, u li tippermetti qafas li jiffaċilita d-deterrenza, l-identifikazzjoni, l-identifikazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ każijiet ta’ frodi u korruzzjoni ( https://parlament.mt/media/112504/06624.pdf ). L-istrateġija hija r-riżultat ta’ diskussjonijiet li saru minn Kumitat ta’ Koordinazzjoni stabbilit skont l-Att dwar l-Awditjar Interni u Investigazzjonijiet Finanzjarji, (Kapitolu 461 tal-Liġijiet ta’ Malta), li kienu jikkonsistu f’diversi rappreżentanti istituzzjonali (jiġifieri l-Uffiċċju tal-Prim Ministru; il-Ministeru għall-Ġustizzja, l-Ugwaljanza u l-Governanza; il-Ministeru tal-Finanzi u l-Impjiegi; il-Ministeru għall-Affarijiet Interni, is-Sigurtà Nazzjonali u l-Infurzar tal-Liġi; u s-Segretarju Permanenti Prinċipali). Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(62)      Il-Parlament ta’ Malta (2021), Dokument Imqiegħed No. 6624, National Anti-Fraud and corruption Strategy, published by the Office of the Prime Minister, ippubblikat mill-Uffiċċju tal-Prim Ministru, datat Mejju 2021 ( https://parlament.mt/en/paper-laid/?id=34616 ).
(63)      Il-Gvern Malti (2021), National Anti-Fraud and corruption Strategy.
(64)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(65)    Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti II.
(66)    F’konformità mar-Regolamenti tal-2020 dwar Prosekuzzjonijiet ta’ Reati (Dispożizzjonijiet Tranżitorji) (A.L. 378 tal-2020), dan jinkludi terroriżmu, ħasil tal-flus, tixħim, korruzzjoni, frodi u miżapproprjazzjoni kif ukoll l-evażjoni tad-dazji doganali.
(67)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(68)      F’termini ta’ investigazzjonijiet (żieda ta’ madwar 245 %), kawżi solvuti (żieda ta’ madwar 280 %), għadd ta’ każijiet u persuni mħarrka (żieda ta’ madwar 50 % u 173 %, rispettivament). Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(69)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: Kapitolu għal Malta – Parti II.
(70)      Kumplessità minħabba l-extraterritorjalità ta’ xi suspettati jew il-fatti li seħħew li jistgħu jitolbu azzjoni konġunta jew kollaborazzjoni ma’ ġurisdizzjonijiet barranin. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(71)      Fl-2020, il-Kummissarju tal-Pulizija nħatar skont il-proċedura emendata reċentement. Għal aktar dettalji, ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt. il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti II.
(72)      Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt. Ir-riżultati mixtieqa huma kif ġej: i) żieda fil-fiduċja, l-affidabbiltà, il-leġittimità u r-rispons, esternament mill-perspettiva tal-komunità, u internament minn dik tal-uffiċjali tal-pulizija u l-persunal; ii) it-trasformazzjoni tal-organizzazzjoni attwali tal-pulizija f’Forza tal-Pulizija flessibbli, effiċjenti, immexxija mid-data, iċċentrata fuq il-komunità, iffokata fuq ir-riżultati u moderna; u iii) l-innovazzjoni u s-sostenn tal-bidliet pożittivi li jirriżultaw mir-riforma permezz ta’ prattiki ta’ tmexxija u ġestjoni li huma kemm effettivi kif ukoll effiċjenti. Ġew identifikati ħdax-il objettiv strateġiku abbażi tat-tliet eżiti mixtieqa.
(73)      L-implimentazzjoni ta’ din l-istrateġija hija mmonitorjata mill-Bord ta’ Governanza tal-Pulizija. Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(74)      Il-Bord ta’ Evalwazzjoni jivvaluta jekk xi interess kummerċjali jew impjieg jistax jiġi permess jew le peress li jista’ jkun f’kunflitt mal-ħidma tal-uffiċjali tal-pulizija, jew jaffettwa b’mod negattiv ir-reputazzjoni tal-Pulizija jew il-kapaċità tal-uffiċjal li jwettaq id-dmirijiet tiegħu b’mod imparzjali. Din il-Politika tipprovdi wkoll definizzjoni ta’ interess kummerċjali kif ukoll il-proċedura li uffiċjal irid isegwi biex jingħata permess biex isegwi tali interess kummerċjali. F’każ ta’ ksur tal-politika, l-uffiċjal ikun soġġett għal azzjoni dixxiplinarja.
(75)      Ir-Regolamenti tal-2020 tal-Att dwar il-Pulizija (Emenda tat-Tieni Skeda).
(76)      Att Nru XLVI tal-2020 -Att li jemenda l-Att dwar il-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni.
(77)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: Kapitolu għal Malta – Parti II.
(78)      Hu magħruf li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija ħadu sa ħames snin u l-KPKK m’għandhiex proċeduri operattivi standard li jistabbilixxu t-tul ta’ żmien li jrid jieħu każ li tkun qed teżamina. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(79)      Bħal informazzjoni dwar l-għadd ta’ rapporti tal-informaturi riċevuti, investigazzjonijiet, seduti ta’ smigħ li jsiru kull sena, jew l-għadd u t-tipi ta’ każijiet konklużi, ikklassifikati jew mibgħuta lill-Ministeru tal-Ġustizzja jew lill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.
(80)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta. Kif innutat fir-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2020, l-Att dwar il-Protezzjoni ta’ Informatur tal-2013 ikopri kemm is-settur privat kif ukoll dak pubbliku li jirrikjedi li l-impjegaturi jinnominaw uffiċjali li jirrapportaw lill-informaturi u li jkun fih dispożizzjonijiet kontra r-ritaljazzjoni kontra l-impjegati li jagħmlu żvelar protett.
(81)      Skont l-ATT Nru XLVI tal-2020 [dak li qabel kien l-Abbozz ta’ Liġi Nru 143], il-każ għandu jintbagħat lill-Avukat Ġenerali jekk “l-imġiba investigata tkun korrotta jew marbuta ma’ jew twassal għal prattiki korrotti”.
(82)      L-Att Nru XLI tal-2020 [dak li qabel kien l-Abbozz Nru 154]. Madankollu, fl-opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020 (CDL-AD(2020)019-e) il-Kummissjoni Venezja ssuġġeriet li tagħti lil dawk bi status ta’ parti danneġġjata (inkluż il-KPKK) id-dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-AĠ li ma ssirx prosekuzzjoni “indipendentement minn jekk huma stess irrappurtawx lill-Avukat Ġenerali jew le”.
(83)      L-Att il-ġdid tal-Kummissjoni Permanenti Kontra l-Korruzzjoni, immodifikat mill-Att Nru XLVI tal-2020.
(84)      Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(85)      L-IAID għandha persunal ta’ 20 uffiċjal tal-awditjar, minbarra segretarjat maqsum f’erba’ (4) dipartiment, inkluż wieħed għall-investigazzjonijiet (bi tliet investigaturi).
(86)      L-Uffiċċju tal-Awditur Ġenerali għandu persunal ta’ 50 awditur. Fl-2020, twettqu 40 awditu tal-konformità u seba’ awditi tal-prestazzjoni, u ġew ippubblikati 19-il rapport (Fil-paġna web tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar ( https://nao.gov.mt/en/recent-publications ), għal total ta’ 120 entità awditjata. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(87)      L-Att 74 dwar l-Awditur Ġenerali u l-Uffiċċju Nazzjonali tal-Awditjar (Emenda).
(88)      Fl-opinjoni tagħha ta’ Ottubru 2020 dwar dan l-abbozz ta’ liġi, il-Kummissjoni Venezja  rrakkomandat l-użu ta’ kliem bħal “konness ma’, jew li jwassal għal” korruzzjoni. CDL-AD(2020)019-e.
(89)      Għal aktar informazzjoni ara l-parti IV hawn taħt.
(90)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(91)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta. L-Ombudsman maħtur irid ikollu l-appoġġ “mill-voti ta’ mhux inqas minn żewġ terzi tal-membri kollha tal-Kamra” (dan skont l-Artikolu 64A2 tal-Kostituzzjoni, emendat fl-2020, https://www.venice.coe.int/webforms/documents/default.aspx?pdffile=CDL-REF(2020)055-e) .
(92)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta. L-għanijiet tal-proġett huma li jiġu riveduti l-kodiċijiet eżistenti ta’ etika u, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet, li tiġi riveduta u mtejba l-proposta għar-regolamentazzjoni tal-lobbying, inkluż ir-reġistru tal-integrità, li fih id-dikjarazzjonijiet tal-assi u l-pożizzjonijiet.
(93)      Għall-membri tal-Kamra tar-Rappreżentanti u għall-Ministri u s-Segretarji Parlamentari.
(94)      Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(95)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(96)      F’konformità mal-Kodiċi ta’ etika għall-impjegati pubbliċi mehmuż mal-Att dwar l-Amministrazzjoni Pubblika.
(97)      CDL-AD(2020)019-e, fejn il-Kummissjoni Venezja kkunsidrat li “kien hemm bżonn li jiġu rregolati direttament fil-liġi żewġ kwistjonijiet : in-numru massimu u t-tul ta’ żmien ta’ tali inkarigi” (jiġifieri persuni ta’ fiduċja). Fil-ħames Ċiklu ta’ Evalwazzjoni tiegħu dwar “Il-prevenzjoni tal-korruzzjoni u l-promozzjoni tal-integrità fil-gvernijiet ċentrali (l-ogħla funzjonijiet eżekuttivi) u l-aġenziji tal-infurzar tal-liġi”, ippubblikat fit-3 ta’ April 2019 mill-Grupp ta’ Stati kontra l-Korruzzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa (GRECO): “Jirrakkomanda li jittieħdu miżuri biex tissolva s-sitwazzjoni legali ta’ persuni ta’ fiduċja u biex l-għadd ta’ tali uffiċjali maħtura b’mod diskrezzjonarju jiġi limitat għal minimu assolut”.
(98)      L-Att Nru XVI tal-2021, biex jipprovdi għall-emendar tal-liġijiet relattivi għall-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja . Illum, il-persuni ta’ fiduċja huma biss dawk l-individwi li jiġu mis-settur privat, u jinħatru f’pożizzjoni temporanja fl-amministrazzjoni pubblika. Jekk, min-naħa l-oħra, uffiċjali pubbliċi jiġu temporanjament issekondati ma’ servizz pubbliku ieħor (bħal Ministeru jew kwalunkwe istituzzjoni oħra), huma ma jitqisux mil-liġi bħala persuni ta’ fiduċja stricto sensu.
(99)      Fil-prattika, il-kontroll fuq l-etika (inklużi kunflitti ta’ interess u pożizzjonijiet esterni) ta’ uffiċjal pubbliku sekondat huwa fdat lill-awtorità tal-ħatra, u dan joħloq kunflitt ta’ interess possibbli, bejn il-kontrollur u l-persuna kkontrollata. Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(100)      Il-programm ta’ investituri individwali ppermetta n-naturalizzazzjoni sa massimu ta’ 1,800 investitur, esklużi d-dipendenti, bi tpattija għal investimenti sostanzjali (ir-Regolament 12 tar-Regolamenti dwar il-Programm tal-Investitur Individwali tar-Repubblika ta’ Malta, 2014) L-iskema ġiet imħassra wara li għadda l-Att li jemenda l-Att dwar iċ-Ċittadinanza Maltija (Emenda Nru 2), 2020 (l-Att XXXVIII tal-2020). Id-dispożizzjonijiet rigward l-għoti ta’ ċittadinanza permezz tal-Programm tal-Investitur Individwali m’għadhomx għalhekk fis-seħħ u ġew sostitwiti bl-iskema “Ċittadinanza Maltija permezz tan-Naturalizzazzjoni għal Servizzi Eċċezzjonali b’Investiment Dirett”, stabbilita bir-Regolamenti dwar l-Għoti ta’ Ċittadinanza għal Servizzi Eċċezzjonali, 2020. L-iskema l-ġdida tippermetti li ssir naturalizzazzjoni ta’ massimu ta’ 400 investitur kull sena u 1,500 investitur b’kollox, bl-esklużjoni tad-dipendenti, bi tpattija għal investimenti sostanzjali. Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(101)      Times of Malta ‘Exposed: the great residency sham to obtain a Maltese passport’ tat-22 ta’ April 2021.
(102)      Stqarrija tal-Istampa tal-Kummissjoni IP 20/1925 u INF/21/2743. Fit-20 ta’ Ottubru 2020, il-Kummissjoni adottat ittra ta’ intimazzjoni dwar l-iskema ta’ ċittadinanza b’investiment u, mal-bidla tagħha, fid-9 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni adottat ittra ta’ intimazzjoni addizzjonali biex tespandi t-tħassib għall-iskema l-ġdida operata minn Malta.
(103)      Leġiżlazzjoni sussidjarja 601.03, Regolamenti dwar l-akkwist pubbliku .  
(104)      Ara l-Artikolu 187 tal-leġiżlazzjoni sussidjarja 601.03, Regolamenti dwar l-akkwist pubbliku .
(105)       http://www.etenders.gov.mt .  
(106)      L-Artikolu 41 tal-Kostituzzjoni.
(107)      L-Artikoli 118 u 119 tal-Kostituzzjoni.
(108)      Malta żammet il-81 pożizzjoni fost il-pajjiżi tad-dinja fl-Indiċi tal-Libertà tal-Istampa madwar id-Dinja ta’ Reporters Without Borders. Dan ifisser li l-pajjiż jinsab fil-25 post fl-UE.
(109)      Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-14 ta’ Novembru 2018
(110)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta pp. 10-11.
(111)      L-Att Nru LVI tal-2020 li jemenda l-Att dwar ix-Xandir, Kap. 350.
(112)      Il-Partit Laburista (PL) fil-gvern u l-Partit Nazzjonalista (PN) fl-oppożizzjoni.
(113)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta p. 7.
(114)      Ibid, p. 14.
(115)      Ibid, p. 11.
(116)      Kawża 47/2021 — Lovin Malta Ltd. et vs. L-Avukat tal-Istat, ippreżentata fit-1 ta’ Frar 2021
(117)      Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt, p. 47 u informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta, id-19 ta’ April 2021
(118)      2020 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta, p. 11.
(119)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta, p. 10.
(120)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta, p. 12.
(121) B’mod partikolari MPM 2021 jirrapporta li hemm nuqqas ġenerali ta’ data rigward is-sehem fis-suq ta’ sorsi individwali tal-aħbarijiet apparti l-klassifikazzjoni tal-udjenzi tal-erba’ stazzjonijiet tat-televiżjoni ewlenin.
(122)      Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, Rapport tal-Każ tat-17 ta’ Marzu 2021, Nru K/028.
(123)      https://standardscommissioner.com/wp-content/uploads/draft-guidelines-government-advertising-promotional-material.pdf
(124)      Informazzjoni li waslet minn diversi partijiet ikkonċernati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(125)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report on Malta, pp. 15-16.
(126)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report, Malta, p. 15.
(127)      L-Att dwar il-Libertà u l-Informazzjoni tal-2008, kif emendat fl-2012 (il-Kapitolu 496 tal-Liġijiet ta’ Malta).
(128)      Kontribuzzjoni mill-Fondazzjoni Aditus tal-NGOs għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021 u informazzjoni riċevuta minn diversi partijiet interessati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta
(129)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(130)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report, Malta, p. 10.
(131)      GRECO (2019), il-Ħames Ċiklu ta’ Evalwazzjoni - Rapport ta’ Evalwazzjoni.
(132)      Fil-15 ta’ Lulju 2021, il-bord ta’ inkjesta ħabbar li huwa kien lesta r-rapport u li huwa kien se jibagħtu l-ewwel lill-Prim Ministru u lill-Avukat tal-Istat u wara dan lill-familja tas-Sinjura Caruana Galizia. Id-data tal-pubblikazzjoni se titħabbar aktar tard.
(133)      Reporters Without Borders, Rapport tal-2021 dwar Malta.
(134)      L-Artikolu 19(2021), Inkjesta pubblika dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, sottomissjoni bil-Miktub, il-31 ta’ Marzu2021 .  
(135)      Kontribuzzjoni mill-Fondazzjoni Aditus għar-Rapport dwar l-Istat tad-Dritt tal-2021 u informazzjoni riċevuta minn diversi partijiet interessati fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta
(136)      2021 Media Pluralism Monitor, Country Report, Malta, pp. 9-10.
(137)     Il-Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti. Kif indikat mir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa 2016/4, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu qafas leġiżlattiv komprensiv li jippermetti lill-ġurnalisti u atturi oħra tal-midja jikkontribwixxu għad-dibattitu pubbliku b’mod effettiv u mingħajr biża’.
(138)      Kawża legali strateġika kontra l-parteċipazzjoni pubblika
(139)      Il-Kunsill tal-Ewropa, Pjattaforma għall-promozzjoni tal-protezzjoni tal-ġurnaliżmu u s-sikurezza tal-ġurnalisti (Media freedom alerts).
(140)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(141)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 44.
(142)      Sew jekk tiġi minn xi infermità fil-ġisem jew mentali jew kwalunkwe kawża oħra.
(143)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 45.
(144)      Att biex jiġu emendati diversi liġijiet bil-għan li tiġi riformata l-proċedura li biha jsiru l-ħatriet tas-Segretarju Permanenti Prinċipali u s-Segretarji Permanenti. Ara wkoll ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti IV.
(145)      Il-Kummissjoni Venezja nnotat li l-limitu li jikkundizzjona l-eżerċizzju mill-Ombudsprson tas-setgħa tiegħu li jirreferi evidenza potenzjali ta’ xi mġieba korrotta direttament lill-Avukat Ġenerali huwa għoli wisq (il-limitu attwali li jikkundizzjona s-setgħa tal-Ombudsman huwa għoli peress li din is-setgħa tista’ tiġi eżerċitata biss jekk l-Ombudsman ikollu “evidenza ta’ kwalunkwe prattika korrotta” minflok, kif rakkomandat, “marbuta ma’ jew li twassal għal [kwalunkwe prattika korrotta]”). Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni Venezja, l-Ombudsman għandu mhux biss jingħata s-setgħa, iżda tabilħaqq ikun obbligat jirrapporta prattiki korrotti lill-Avukat Ġenerali u d-dritt li jressaq ilment lill-Ombudsman ma għandux ikun limitat għal persuni li jiddikjaraw li kienu vittmi ta’ kwalunkwe għemil ħażin. Barra minn hekk, l-Ombudsman jista’ jgawdi l-appoġġ u l-kooperazzjoni meħtieġa mill-Gvern. Ara l-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafi 67, 69, 71.
(146)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 67.
(147)      Informazzjoni li waslet mill-Ombudsman fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(148)      Rapport Annwali tal-Ombudsman tal-2019. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni Venezja rrakkomandat li s-setgħa tad-dritt tal-Ombudsman għall-informazzjoni tkun minquxa fil-kostituzzjoni.
(149)      Sakemm jinħatar detentur ġdid tal-kariga, l-Ombudsperson li hemm bħalissa jibqa' fil-kariga. Wara tentattivi bejn il-gvern u l-partiti tal-oppożizzjoni biex jinstab kandidat, fil-16 ta’ Mejju 2021 il-midja rrappurtat li ma ntlaħaq l-ebda ftehim. F’dak ir-rigward għadhom għaddejjin konsultazzjonijiet ulterjuri.
(150)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti IV, p. 15.
(151)      Dawn jinkludu l-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-Kummissarju għall-Informazzjoni u l-Protezzjoni tad-Data, il-President tal-Awtorità għas-Servizzi Finanzjarji ta’ Malta u l-membri tal-Bord taċ-Ċentru tal-Arbitraġġ.
(152) Il-Kummissjoni Venezja nnotat li l-kliem għadu dgħajjef (“b’kunsiderazzjoni dovuta”). Il-formulazzjoni altrimenti użata hija: “waqt li jaġixxi fuq il-parir tal-Kabinett tal-Ministri” jew “wara li jikseb l-approvazzjoni tal-Kabinett tal-Ministri”. Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 84.
(153)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 85.
(154)      Informazzjoni u kontribut li waslu fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(155)    Ir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: Kapitolu għal Malta – Parti IV p. 9.
(156)      L-Att tal-2020li jipprovdi għall-emendar tal-liġijiet relattivi għall-ħatra ta’ persuni ta’ fiduċja.
(157)      Att biex jiġu emendati diversi liġijiet bil-għan li tiġi riformata l-proċedura li biha jsiru l-ħatriet tas-Segretarju Permanenti Prinċipali u s-Segretarji Permanenti.
(158)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)006-e, il-paragrafi 115-129; GRECO (2019), il-Ħames Ċiklu ta’ Evalwazzjoni, Rapport ta’ Evalwazzjoni, paragrafi 24-26.
(159)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt: il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta – Parti I, p.15. Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, para. 98, CDL-AD(2020)006, para. 80-84 u CDL-AD(2018)028, para. 74-79. Il-Kummissjoni Venezja nnutat li jiddependi mill-Parlament li jħassar jew jemenda liġijiet li jkun instab li ma jkunux konformi mal-kostituzzjoni. Skont il-Kummissjoni Venezja fil-prattika dan jidher li ma jseħħx f’kull każ u l-Qorti Kostituzzjonali jkollha quddiemha kawżi ripetuti għaliex l-amministrazzjoni - u xi drabi jidher li anki mħallfin - ikompli japplikaw id-dispożizzjonijiet li jkun instab li ma jkunux konformi mal-kostituzzjoni.
(160) Il-Gvern Malti jqis li l-iżgurar tal-effett erga omnes tas-sentenzi tal-Qorti Kostituzzjonali ma jkunx konformi mal-prinċipji tas-sistema legali Maltija. Il-Fondazzjoni Aditus qajmet tħassib fir-rigward tan-nuqqas tal-effett erga omnes u l-konformità mal-Artikolu 6 tal-KEDB (informazzjoni riċevuta fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta). Huwa nnotat ukoll li skont l-Artikolu 242 tal-Kodiċi tal-Organizzazzjoni tal-Proċedura Ċivili (Kap. 12), meta l-Qorti ssib li liġi hija invalida jew li tikser il-Kostituzzjoni jew id-drittijiet fundamentali, hija għandha tinnotifika lill-Kamra tar-Rappreżentanti bis-sentenza tagħha. Il-Prim Ministru jista’, fi żmien sitt xhur mid-data li fiha s-sentenza tkun saret finali, jagħmel regolamenti li jħassru l-istrument jew id-dispożizzjoni relevanti tiegħu li jkunu ddikjarati li jmorru kontra l-Kostituzzjoni jew id-drittijiet tal-bniedem.
(161)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 98.    
(162)      Kif innutat fir-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-Kummissjoni Venezja sabet li l-Parlament Malti jeħtieġ li jissaħħaħ sabiex ikun kontroll effettiv fuq il-Gvern u rrakkomandat li tinbidel is-sistema sabiex ikun hemm xogħol full-time u ħlas tal-membri (CDL-AD(2020)006 paragrafi 92-94).
(163)    Ara r-Rapport tal-2020 dwar l-Istat tad-Dritt, il-kapitolu tal-pajjiż dwar is-sitwazzjoni tal-istat tad-dritt f’Malta, p. 15.
(164)    Il-Kummissjoni Venezja, CDL-AD(2020)019-e, il-paragrafu 95.
(165)      Informazzjoni li waslet fil-kuntest taż-żjara tal-pajjiż f’Malta.
(166)      Ara l-kontribut tal-Gvern Malti għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(167)      B’mod partikolari, iċ-ċittadini jiġu notifikati kontinwament dwar il-feedback mogħti u dwar il-passi proċedurali li ttieħdu s’issa fil-proċess ta’ konsultazzjoni. Is-sistema l-ġdida se tintroduċi wkoll informazzjoni statistika aktar dettaljata dwar it-tip ta’ feedback ipprovdut mid-dipartimenti/entitajiet.
(168)      L-Artikolu 14 ff. tal-Att.
(169)      L-Istat tal-emerġenza tas-saħħa pubblika ġie ddikjarat fit-16 ta’ Marzu 2020 u tneħħa fit-1 ta’ Lulju 2020.
(170)      Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(171)      Skont l-Att dwar l-Interpretazzjoni tal-1975 (il-Kapitolu 249), kwalunkwe leġiżlazzjoni sussidjarja – bħal regolamenti u ordnijiet maħruġa mis-Supretendent – għandha tiġi sottomessa għal skrutinju parlamentari u tista’ tiġi annullata jew emendata mill-Parlament fi żmien 60 jum minn meta tiġi ppreżentata. Skont l-awtoritajiet pubbliċi, s’issa l-ebda mozzjonijiet ma ġew ippreżentati biex jikkontestaw leġiżlazzjoni sussidjarja stabbilita skont l-Att dwar is-Saħħa Pubblika mill-emenda tiegħu fl-2020; ara l-kontribut mis-Segretarjat tal-Parlament għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(172)      Klassifikazzjonijiet mogħtija minn CIVICUS, Malta. Il-klassifikazzjonijiet huma fuq skala ta’ ħames kategoriji definita bħala: miftuħ, limitat, ostakolat, imrażżan u magħluq. Il-kunsiderazzjonijiet ewlenin tas-CIVICUS biex l-ispazju ċiviku ta’ Malta jitqies bħala limitat jikkonċernaw il-kundizzjonijiet ostili għall-ġurnalisti u l-attivisti kontra l-korruzzjoni.
(173)      Ir-Regolamenti dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (Ġbir Pubbliku) (S.L.492.03.) u r-Regolamenti dwar Organizzazzjonijiet Volontarji (Ħwienet tal-Karità) (S.L.492.04.) Skont l-informazzjoni li waslet mingħand l-awtoritajiet Maltin, kienu meħtieġa emendi legali dwar l-aċċess għall-finanzjament u r-rwol tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji biex jiġu implimentati r-rakkomandazzjonijiet minn organizzazzjonijiet internazzjonali.
(174)      L-ostaklu doppju rrappurtat jirriżulta mill-fatt li l-organizzazzjonijiet interessati li jiksbu finanzjament għall-attivitajiet tagħhom, minkejja li diġà huma rreġistrati skont l-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji, iridu jitolbu l-permess tal-awtoritajiet kull darba li beħsiebhom ifittxu tali finanzjament.
(175)      Fl-2020 u l-2 021 l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji kkuntattja aktar minn 200 Organizzazzjoni Volontarja dwar kwistjonijiet relatati mal-istatuti rispettivi tagħhom. Fl-2020 biss, 124 organizzazzjoni kellhom jemendaw l-istatuti tagħhom qabel ma ġew aċċettati bħala Organizzazzjonijiet Volontarji rreġistrati, filwaqt li 31 organizzazzjoni kellhom l-applikazzjoni tagħhom miċħuda minħabba li naqsu milli jemendaw l-istatut tagħhom sabiex jallinjawh mal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji. It-Taqsima tal-Unità tal-Investigazzjonijiet u l-Monitoraġġ fi ħdan l-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji investigat disa’ (9) każijiet matul l-2019 u ħames (5) każijiet matul l-2020 rigward ilmenti varji fil-każ ta’ organizzazzjonijiet volontarji diversi. Kontribut minn Malta għar-Rapport tal-2021 dwar l-Istat tad-Dritt.
(176)      It-tweġiba ta’ Repubblika lill-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji, 6 ta’ Marzu 2021, li fiha Repubblika qajmet tħassib li qed titqiegħed fil-mira tal-Kummissarju minħabba motivazzjonijiet politiċi f’tentattiv biex tissikket (ara: https://repubblika.org/press-release/government-wants-ban-repubblika/ ). Fir-risposta tiegħu tat-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissarju ċaħad l-allegazzjonijiet li saru. Repubblika rribattiet iċ-ċaħda fid-dikjarazzjoni tagħha tas-16 ta’ Marzu 2021. L-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Organizzazzjonijiet Volontarji għadu jwettaq kontrolli amministrattivi ta’ rutina sabiex jiżgura l-konformità mal-Att dwar l-Organizzazzjonijiet Volontarji tal-istatuti tal-organizzazzjonijiet diġà rreġistrati miegħu, kif ukoll ta’ dawk li japplikaw għall-istatus ta’ Organizzazzjoni Volontarja.
(177)      Il-Fond huwa amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur Volontarju f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat Parlamentari għall-Isport, ir-Rikreazzjoni u l-Organizzazzjonijiet Volontarji. L-organizzazzjonijiet li jaħdmu fis-settur volontarju li ġew affettwati mill-epidemiji tal-COVID-19 huma eliġibbli taħt l-iskema biex jirċievu sa EUR 5000.
(178) L-għoti ta’ informazzjoni dwar finanzjament disponibbli nazzjonali u mill-UE għall-Organizzazzjonijiet Volontarji huwa meħtieġ mil-liġi u ggarantit fuq pjattaformi diġitali ddedikati (ara https://www.vofunding.org.mt/ u https://maltacvs.org/latest-news/mobile-app-vo-funding-malta-2/ ) L-assistenza personalizzata u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet lokali tingħata fl-aspetti prattiċi marbuta mal-opportunitajiet ta’ fondi mill-UE.
(179)      Independent, ‘Jesmond Saliba nominated to be new commissioner for VOs’ tat-2 ta’ Lulju 2021.
Top