Mur għall-kontenut ewlieni

Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021

Il-megatendenzi globali ewlenin li se jkollhom impatt fuq l-UE fil-futur

Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021 jiffoka fuq il-megatendenzi globali ewlenin li se jkomplu jaffettwaw lill-UE fid-deċennji li ġejjin: mit-tibdil fil-klima, l-aċċellerazzjoni teknoloġika u d-diġitalizzazzjoni, sal-bidliet ekonomiċi, ġeopolitiċi u demografiċi kbar.

climate icon

It-tibdil fil-klima u sfidi ambjentali oħra: It-tisħin globali probabbilment se jaqbeż il-1.5℃ fl-20 sena li ġejjin u se jersaq lejn iż-2℃ sa nofs is-seklu, u b’hekk se jaggrava l-pressjoni fuq l-ilma u s-sikurezza tal-ikel madwar id-dinja. Sal-2050, 200 miljun persuna se jkunu jeħtieġu assistenza, umanitarja parzjalment minħabba l-effetti ekoloġiċi.

Digital icon

L-iperkonnettività diġitali u t-trasformazzjonijiet teknoloġiċi: L-għadd ta’ apparati konnessi globalment jista’ jiżdied minn 30.4 biljun fl-2020 għal 200 biljun fl-2030. Aktar konnettività tal-oġġetti, tal-postijiet u tan-nies se tirriżulta fi prodotti, servizzi, mudelli ta’ negozju, u xejriet tal-ħajja u tax-xogħol ġodda. L-ambizzjoni ta’ tmexxija globali tal-Ewropa fit-tranżizzjoni doppja ekoloġika u diġitali tista’ tippożizzjonaha b’mod qawwi f’suq emerġenti li jħalli l-qligħ u toħloq tipi ġodda ta’ xogħol, pereżempju impjiegi ekoloġiċi, kemm f’setturi stabbiliti kif ukoll f’dawk emerġenti. 

Government icon
Il-pressjoni fuq id-demokrazija u l-valuri: Mill-2020 ’l hawn, 34% tal-popolazzjoni tad-dinja kienet qed tgħix f’pajjiżi fejn il-governanza demokratika kienet qed tonqos u 4% biss f’pajjiżi li kienu qed isiru aktar demokratiċi. Il-miżinformazzjoni mifruxa fuq skala kbira, immexxija minn għodod ġodda u pjattaformi online, se toħloq sfidi dejjem akbar għas-sistemi demokratiċi u se tixpruna tip ġdid ta’ gwerra tal-informazzjoni.
Global icon
Il-bidliet fl-ordni globali u d-demografija Id-dinja qed issir dejjem aktar multipolari. Iċ-Ċina hija mistennija li ssir l-akbar ekonomija qabel tmiem dan id-deċennju, bl-Indja possibbilment taqbeż lill-UE fl-20 sena li ġejjin. Il-popolazzjoni tad-dinja hija mistennija li tilħaq 8.5 biljun fl-2030 u 9.7 biljun fl-2050, filwaqt li dik tal-UE hija mistennija li tonqos b’5%, għal ftit aktar minn 420 miljun sal-2050.

Dawn il-bidliet kollha se jaffettwaw il-libertà u l-kapaċità tal-UE li taġixxi u jeħtieġu azzjoni ta’ politika effiċjenti u koerenti.

10 oqsma strateġiċi biex tissaħħaħ it-tmexxija globali tal-UE

10 Strategic areas

Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2021 għandu l-għan li jwitti t-triq għal politiki u impenji mfassla tajjeb u li jifilħu għall-futur, biex l-UE titqiegħed fl-aħjar pożizzjoni biex tilħaq l-objettivi ta’ politika fit-tul tagħha u taqdi rwol strateġiku f’ordni globali multipolari u kkontestat. Huwa jissottolinea l-importanza ta’ politiki interni u esterni konġunti u jappella għal approċċ komprensiv.

L-UE se tkompli tuża s-sħubijiet internazzjonali mill-qrib biex tippromwovi l-paċi, l-istabbiltà u l-prosperità, tippreżenta front magħqud kontra atturi ostili u sfidi komuni, u tappoġġja l-wegħda tal-progress. Se ssaħħaħ ir-relazzjonijiet ta’ benefiċċju reċiproku mal-ġirien tagħha u ma’ sħab aktar imbiegħda. Se tkun minn ta’ quddiem fil-kooperazzjoni multilaterali, filwaqt li tipproteġi liċ-ċittadini tal-UE u lill-ekonomija minn prattiki inġusti u abbużivi.

Il-proċess ta’ prospettiva identifika l-10 oqsma strateġiċi sabiex jiġu żgurati l-libertà u l-kapaċità tal-UE li taġixxi fid-deċennji li ġejjin:

  1. Tiżgura sistemi tas-saħħa u tal-ikel sostenibbli u reżiljenti
  2. Tiżgura enerġija dekarbonizzata u affordabbli
  3. Issaħħaħ il-kapaċità fil-ġestjoni tad-data, fl-intelliġenza artifiċjali u fit-teknoloġiji avvanzati
  4. Tiżgura u tiddiversifika l-provvista ta’ materja prima kritika
  5. Tiżgura li nkunu innovaturi globali fl-iffissar tal-istandards
  6. Tibni sistemi ekonomiċi u finanzjarji reżiljenti u li jifilħu għall-futur
  7. Tiżviluppa u tħares ħiliet u talenti li jimxu id f’id mal-ambizzjonijiet tal-UE
  8. Issaħħaħ il-kapaċitajiet ta’ sigurtà u ta’ difiża u l-aċċess għall-ispazju
  9. Taħdem ma’ sħab globali għall-promozzjoni tal-paċi, tas-sigurtà u tal-prosperità għal kulħadd
  10. Issaħħaħ ir-reżiljenza tal-istituzzjonijiet

Documents

8 SETTEMBRU 2021
Strategic Foresight Report - 2021
English
(263.33 KB - HTML)
Iddawnlowdja

8 SETTEMBRU 2021
Strategic Foresight Report – 2021 - reader friendly version
English
(10.38 MB - PDF)
Iddawnlowdja