Dan l-ewwel Rapport Annwali ta’ Prospettiva Strateġika, Prospettiva Strateġika - Inwittu t-triq lejn Ewropa aktar reżiljenti, jippreżenta l-istrateġija tal-Kummissjoni biex tintegra l-prospettiva strateġika fit-tfassil tal-politika tal-UE. Huwa jidentifika l-ewwel tagħlimiet mill-kriżi tal-COVID-19, jintroduċi r-reżiljenza bħala boxxla ġdida għat-tfassil tal-politika tal-UE u jiddiskuti r-rwol tal-prospettiva strateġika fit-tisħiħ tar-reżiljenza tal-UE u tal-Istati Membri tagħha. Ir-rapport janalizza r-reżiljenza fuq erba’ dimensjonijiet interrelatati – soċjali u ekonomiċi, ġeopolitiċi, ekoloġiċi u diġitali – u jispjega l-importanza tagħha għall-kisba tal-objettivi strateġiċi fit-tul tagħna fil-kuntest tat-tranżizzjonijiet diġitali, ekoloġiċi u ġusti.
Il-Prospettiva Strateġika u t-tfassil tal-politika tal-UE
L-inkorporazzjoni tal-prospettiva strateġika fit-tfassil tal-politika tal-UE se tippermetti lill-Kummissjoni Ewropea:
- tibni u tuża intelliġenza kollettiva biex tantiċipa l-iżviluppi u tħejji għal opportunitajiet u sfidi ġodda aktar kmieni u b’mod aktar effettiv;
- tiżgura li l-prospettiva strateġika ssir parti sħiħa mill-istrumenti għal Regolamentazzjoni Aħjar, inklużi valutazzjonijiet tal-impatt ex ante, u tappoġġja l-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni;
- twettaq eżerċiżżji ta’ prospettiva approfonditi u parteċipatorji dwar inizjattivi ewlenin bil-għan li jinfurmaw id-diskors annwali dwar l-Istat tal-Unjoni, il-Programmi ta’ Ħidma tal-Kummissjoni u l-eżerċizzji ta’ programmazzjoni pluriennali;
- trawwem kooperazzjoni u alleanzi ta’ prospettiva mal-istituzzjonijiet u s-sħab tal-UE, l-Istati Membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra.
Ir-reżiljenza bħala kumpass ġdid għall-politiki tal-UE
Il-kriżi tal-COVID-19 uriet biċ-ċar li l-Ewropa għandha bżonn issaħħaħ ir-reżiljenza tagħha – li hi l-kapaċità mhux biss li tirreżisti u tlaħħaq mal-isfidi iżda wkoll li tgħaddi minn tranżizzjonijiet b’mod sostenibbli, ġust u demokratiku. Din il-Komunikazzjoni turi kif politiki li jħarsu ’l quddiem appoġġjati minn prospettiva strateġika se jikkontribwixxu għal dan.
Il-prospettiva strateġika tista’ tinforma politiki li jtejbu r-reżiljenza f’erba’ dimensjonijiet. Tista’ tgħin tantiċipa żviluppi li x’aktarx ikollhom impatti negattivi, biex issaħħaħ ir-reżiljenza korrispondenti permezz ta’ bidliet strutturali kif ukoll biex jitqies l-impatt tal-kriżijiet attwali u futuri fuq ix-xejriet kbar rilevanti u l-kwistjonijiet emerġenti. Il-politiki li jibbenefikaw minn prospettiva strateġika jistgħu jtaffu aħjar il-vulnerabbiltajiet u jsaħħu l-kapaċitajiet żvelati mill-kriżi, filwaqt li jiftħu opportunitajiet ġodda u jagħmlu l-Ewropa aktar reżiljenti.
Sejbiet ewlenin
![]() | Reżiljenza soċjali u ekonomikaIl-pandemija żiedet l-inugwaljanzi, l-iżbilanċi demografiċi u l-faqar, aċċellerat l-awtomatizzazzjoni, u kellha impatt sproporzjonat fuq l-impjiegi fis-settur tas-servizzi. Il-prospettiva strateġika tista’ tintuża biex jiġu identifikati l-ħiliet għall-futur li għandna bżonn ninvestu fihom issa, u biex ikollna konverżazzjoni soċjetali akbar dwar l-aġġornament tal-kuntratt soċjali u fiskali. |
![]() | Reżiljenza ġeopolitikaIl-kriżi ħarġet fid-dieher id-dipendenza żejda tal-UE fuq pajjiżi terzi għal materja prima kritika kruċjali f’teknoloġiji ewlenin meħtieġa biex tinkiseb soċjetà diġitali u newtrali f'termini ta' emissjonijiet tal-karbonju. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħin biex jiġu identifikati xenarji possibbli u tiddefinixxi l-għażliet strateġiċi biex tingħata spinta lill-awtonomija strateġika tal-UE. |
![]() | Reżiljenza ekoloġikaĊaqliqa lejn ekonomija aktar ekoloġika tista’ toħloq 24 miljun impjieg ġdid globalment u l-impatt tagħha fl-irkupru mill-kriżi tal-COVID-19 jista’ jkun ferm akbar milli kien maħsub qabel. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħinna nesploraw l-ixprunaturi tal-bidla, nifhmu ċ-ċaqliqa strutturali futura fis-suq tax-xogħol u tiggwida l-kisba mill-ġdid ta’ ħiliet ta’ dawk li tilfu l-impjieg tagħhom matul il-kriżi jew li x’aktarx jitilfuh fil-futur minħabba l-iżviluppi teknoloġiċi u l-awtomatizzazzjoni. |
![]() | Reżiljenza diġitaliIl-kriżi aċċellerat l-iperkonnettività u l-integrazzjoni ta’ teknoloġija ġodda li jaffettwaw il-kundizzjoni umana u l-mod kif ngħixu. Il-prospettiva strateġika tista’ tgħinna nantiċipaw kif teknoloġiji emerġenti jistgħu jiżviluppaw, l-impatt tagħhom fuq l-isferi kollha tal-ħajja, u l-modi kif naħtfu l-opportunitajiet li ġejjin. |
Aġenda tal-Prospettiva Strateġika
Ir-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika 2020 juri li prospettiva strateġika mmexxija mill-azzjoni hija adatta b’mod uniku biex tinforma lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet biex imexxu t-tranżizzjonijiet tewmin u jsaħħu r-reżiljenza tal-UE. Għal dan il-għan, din il-Komunikazzjoni tippreżenta l-passi li jmiss:
- prototip ta’ tabella ta’ indikaturi ta’ reżiljenza bħala eżempju ta’ mod ta’ monitoraġġ tar-reżiljenza. Il-prototip tat-tabella ta’ indikaturi se jiġi żviluppat aktar u jinħoloq b’mod konġunt f’diskussjonijiet esploratorji mal-Istati Membri u partijiet ikkonċernati ewlenin oħra. Il-fokus ta’ din il-ħidma se tkun fuq il-perjodu medju u fit-tul, biex jingħataw l-aħjar kundizzjonijiet għal politiki infurmati mill-prospettiva biex jittaffew il-vulnerabbiltajiet u jissaħħu l-kapaċitajiet.
- l-Aġenda tal-Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni, li tappoġġja l-prijoritajiet politiċi ġenerali. Din se tinkludi eżerċizzji ta’ prospettiva ad-hoc biex jinfurmaw l-inizjattivi ewlenin ippjanati fil-Programm ta’ Ħidma tal-Kummissjoni kif ukoll kwistjonijiet trasversali identifikati bħala ta’ impatt għoli. L-eżempji jistgħu jinkludu: awtonomija strateġika mifutħa, il-futur tal-impjiegi u l-ħiliet ekoloġiċi, u l-approfondiment tat-tranżizzjonijiet tewmin ekoloġiċi u diġitali fil-politiki u l-istrateġiji kollha
- il-konferenza annwali tal-ESPAS, ippjanata għal Novembru 2020. Il-Kummissjoni se tuża din l-opportunità biex tiddiskuti s-suġġett tar-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tas-sena li jmiss. Il-Kummissjoni qed tippjana wkoll li tuża l-konferenza tal-ESPAS biex tniedi Network ta’ Prospettiva fl-UE kollha b’kapaċitajiet ta’ prospettiva pubblika tal-Istati Membri, it-think tanks, l-akkademja, il-partijiet ikkonċernati tal-industrija u s-soċjetà ċivili
- xenarji ta’ prospettiva biex jinfurmaw id-dibattitu ta' orjentazzjoni futur, jiżguraw il-koerenza fil-politiki kollha, u biex iservu bħala qafas kondiviż u li jħares ’il quddiem għal proposti ta’ politika. Dawn ix-xenarji se jgħinu biex jiġu identifikati l-mogħdijiet potenzjali għat-tranżizzjonijiet tewmin. Dan l-eżerċizzju jista’ jikkontribwixxi wkoll għall-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa.
Il-passi li jmiss
- Il-Konferenza annwali dwar is-Sistema Ewropea ta’ Analiżi tal-Istrateġiji u l-Politiki (ESPAS)
- Iktar żvilupp fit-tabelli ta’ indikaturi tar-reżiljenza
- Ir-Rapport Annwali ta' Prospettiva Strateġika 2021
- L-implimentazzjoni ta’ Aġenda ta’ Prospettiva Strateġika
Kuntatt
Għal kwalunkwe mistoqsija, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq SG-FORESIGHT@ec.europa.eu; JRC-FORESIGHT@ec.europa.eu
Documents
- Iddawnlowdjaбългарски(542 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaespañol(417.36 KB - HTML)
- Iddawnlowdjačeština(402.51 KB - HTML)
- Iddawnlowdjadansk(405.12 KB - HTML)
- IddawnlowdjaDeutsch(415.71 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaeesti(394.63 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaελληνικά(539.86 KB - HTML)
- IddawnlowdjaEnglish(387.43 KB - HTML)
- Iddawnlowdjafrançais(428.59 KB - HTML)
- Iddawnlowdjahrvatski(398.76 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaitaliano(413.04 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalatviešu(397.24 KB - HTML)
- Iddawnlowdjalietuvių(402.87 KB - HTML)
- Iddawnlowdjamagyar(426.55 KB - HTML)
- IddawnlowdjaNederlands(404.36 KB - HTML)
- Iddawnlowdjapolski(413.98 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaportuguês(428.38 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaromână(421.94 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenčina(410.68 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaslovenščina(397.06 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasuomi(404.86 KB - HTML)
- Iddawnlowdjasvenska(398.09 KB - HTML)
- Iddawnlowdjaбългарски(1.16 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaespañol(1.18 MB - PDF)
- Iddawnlowdjačeština(1.21 MB - PDF)
- Iddawnlowdjadansk(1.15 MB - PDF)
- IddawnlowdjaDeutsch(1.11 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaeesti(1.24 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaελληνικά(1.2 MB - PDF)
- IddawnlowdjaEnglish(1.19 MB - PDF)
- Iddawnlowdjafrançais(1.2 MB - PDF)
- Iddawnlowdjahrvatski(1.15 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaitaliano(1.16 MB - PDF)
- Iddawnlowdjalatviešu(1.22 MB - PDF)
- Iddawnlowdjalietuvių(1.1 MB - PDF)
- Iddawnlowdjamagyar(1.24 MB - PDF)
- IddawnlowdjaNederlands(1.24 MB - PDF)
- Iddawnlowdjapolski(1.22 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaportuguês(1.15 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaromână(1.24 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenčina(1.11 MB - PDF)
- Iddawnlowdjaslovenščina(1.18 MB - PDF)
- Iddawnlowdjasuomi(1.17 MB - PDF)
- Iddawnlowdjasvenska(1.08 MB - PDF)
[node:26659:view-mode:teaser]