Uċuħ tal-Ukrajna
Permezz ta’ sensiela ta’ videos nisimgħu l-istejjer ta’ wħud mill-poplu tal-Ukrajna li ħajjithom inbidlet mil-lum għall-għada meta r-Russja attakkat b’mod brutali lill-Ukrajna fl-24 ta’ Frar.
Xi wħud ħallew warajhom djarhom, membri tal-familja, impjiegi, u telqu mingħajr ma kienu jafu x’se jsibu; oħrajn iddeċidew li jibqgħu jiddefendu darhom, jagħmlu l-volontarjat u jibnu pajjiżhom mill-ġdid.
Videos
Testimonjanzi min-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna
Hekk kif il-gwerra fl-Ukrajna qed tkompli tikber, aktar u aktar nies qed jiġu mġiegħla jaħarbu minn djarhom. Skopri xi wħud mill-istejjer ta’ qlubija u reżiljenza tagħhom, hekk kif jitkellmu dwar il-vjaġġi tagħhom u xi wħud mill-esperjenzi diffiċli li kellhom jgħaddu minnhom.
5 ta’ Marzu 2022 - Sima hi minn Odesa, l-Ukrajna. Hija telqet mat-tarbija tagħha wara li faqqgħet il-gwerra iżda ommha u ħutha baqgħu hemm. “Tassew nixtieq li dan kollu jintemm”.
12 ta’ Marzu 2022 - Aliona stenniet sal-aħħar nett biex titlaq mill-Ukrajna, sakemm il-familja tagħha ikkonvinċietha tingħaqad magħhom fil-Polonja. Hi u wliedha huma sikuri, iżda qed jistennew biex jirritornaw lura d-dar.
Testimonjanzi mill-Ewropej li qed jappoġġjaw lin-nies li qed jaħarbu mill-gwerra
Kulħadd jista’ jagħti sehmu biex jgħin lil dawk li qed jaħarbu mill-invażjoni tal-Ukrajna u kull sforz jgħodd. Mill-akkoljenza tar-refuġjati fl-istazzjonijiet tal-ferrovija, sas-sewqan tagħhom bil-karozza fl-UE, ara kif l-Ewropej qed jiftħu qalbhom u djarhom biex joffru ftit akkoljenza u ġentilezza lin-nies li qed jaħarbu mill-Ukrajna.