Il-kampanja u l-avveniment globali b’appell għal wegħdiet ta’ donazzjonijiet “Solidarjetà mal-Ukrajna” ġabru €9.1 biljun għan-nies li qed jaħarbu mill-invażjoni Russa, fl-Ukrajna u lil hinn minnha, fosthom €1 biljun mill-Kummissjoni Ewropea.
Apparti minn hekk, il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp ħabbar €1 biljun oħra f’self biex jiġu koperti l-ħtiġijiet tan-nies li sfaw vittmi ta’ spostament intern.