Mur għall-kontenut ewlieni

Fi tmiem il-COP26, il-Kummissjoni Ewropea appoġġjat il-kunsens li ntlaħaq minn aktar minn 190 pajjiż wara ġimagħtejn ta’ negozjati intensi. Il-COP26 irriżultat fit-tlestija tal-ġabra ta’ regoli tal-Ftehim ta’ Pariġi u żammet ħajjin il-miri ta’ Pariġi, hi u tagħtina ċ-ċans li nillimitaw it-tisħin globali għal 1.5 grad Celsius.

President Ursula von der Leyen

Il-COP26 hi pass fid-direzzjoni t-tajba. 1.5 grad Celsius għadu jista jintlaħaq, iżda fadal aktar xogħol xi jsir. L-anqas li nistgħu nagħmlu issa hu li nimplimentaw il-wegħdiet ta’ Glasgow malajr kemm jista’ jkun u mbagħad nimmiraw aktar fil-għoli.

Ursula von der Leyen, il-President tal-Kummissjoni Ewropea

Riżultati ewlenin

  • Diversi emittenti ewlenin ħabbru miri ġodda għat-tnaqqis tal-emissjonijiet
  • Aktar minn 100 pajjiż ingħaqdu mal-Wegħda Globali b'rabta mal-Metan, inizjattiva bejn l-UE u l-Istati Uniti
  • Inħolqu sħubijiet ġodda biex jappoġġjaw lill-pajjiżi fit-tranżizzjoni tagħhom lejn enerġija nadifa
  • Sar progress fil-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Bl-aħħar wegħdiet, il-mira ta’ $100 biljun għandha tintlaħaq malajr kemm jista’ jkun
  • Issa għandna sett ta’ regoli li se jagħtu spinta lis-swieq internazzjonali tal-karbonju

Finanzjament tal-azzjoni klimatika

Il-pajjiżi żviluppati impenjaw ruħhom li jimmobilizzaw finanzjament internazzjonali għall-klima b’total ta’ $100 biljun fis-sena mill-2020 sal-2025 biex jgħinu lill-pajjiżi l-aktar vulnerabbli u lill-istati gżejjer żgħar b’mod partikolari fl-isforzi tagħhom ta’ mitigazzjoni u adattament. L-Unjoni Ewropea hi l-akbar donatur u tikkontribwixxi aktar minn terz tal-wegħdiet attwali, li jammontaw għal €23.39 biljun ($27 biljun) ta’ finanzjament għall-klima fl-2020. Il-President von der Leyen dan l-aħħar ħabbret €4 biljun addizzjonali mill-baġit tal-UE għall-finanzjament tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima sal-2027.

Inizjattivi globali tal-COP26

. .

Wegħda Globali b'rabta mal-Metan

L-Istati Uniti, l-UE u s-sħab formalment nedew l-Wegħda Globali b'rabta mal-Metan, inizjattiva biex jitnaqqsu l-emissjonijiet globali tal-metan biex l-għan li t-tisħin jiġi limitat għal 1.5 gradi Celsius ikun jista’ jintlaħaq. Aktar minn 100 pajjiż li jirrappreżentaw 70% tal-ekonomija globali u kważi nofs l-emissjonijiet antropoġeniċi tal-metan issa ffirmaw il-wegħda.

Aqra aktar

EU Catalyst Partnership

Sħubija Catalyst tal-UE

Is-sħubija bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ewropew tal-Investiment u Breakthrough Energy Catayst se timmobilizza sa €820 miljun ($1 biljun) bejn l-2022 u l-2026 biex taċċellera l-implimentazzjoni u tikkummerċjalizza malajr it-teknoloġiji innovattivi. Dan se jgħin biex jintlaħqu l-ambizzjonijiet tal-Patt Ekoloġiku Ewropew u l-miri klimatiċi tal-UE għall-2030.

Aqra aktar

Forest

Wegħda Globali għall-Finanzjament tal-Foresti

Il-Kummissjoni Ewropea ħabbret €1 biljun bħala l-kontribuzzjoni tal-UE għall-Wegħda Globali għall-Finanzjament tal-Foresti. Dan il-pakkett ta’ appoġġ fuq 5 snin mill-baġit tal-UE se jgħin lill-pajjiżi sħab jipproteġu, jirrestawraw u jimmaniġġjaw b’mod sostenibbli l-foresti fid-dinja kollha u jwettqu l-Ftehim ta’ Pariġi.

Aqra aktar

COP26 Logo

Sħubija għal Tranżizzjoni Enerġetika Ġusta

Il-Gvernijiet tal-Afrika t’Isfel, Franza, il-Ġermanja, ir-Renju Unit u l-Istati Uniti, flimkien mal-UE, ħabbru Sħubija għal Tranżizzjoni Enerġetika Ġusta ġdida, ambizzjuża u fit-tul biex tappoġġja l-isforzi ta’ dekarbonizzazzjoni tal-Afrika t’Isfel. Is-sħubija għandha l-għan li taċċellera d-dekarbonizzazzjoni tal-ekonomija tal-Afrika t’Isfel, b’enfasi fuq is-sistema tal-elettriku.

Aqra aktar

Avvenimenti paralleli tal-UE matul il-COP26

EU side events at COP26

L-UE ospitat aktar minn 150 avveniment parallel fil-Paviljun tal-UE fi Glasgow u online. Dawn l-avvenimenti, organizzati minn diversi pajjiżi u organizzazzjonijiet mill-Ewropa u minn madwar id-dinja, indirizzaw firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet marbuta mal-klima, bħat-tranżizzjoni enerġetika, il-finanzi sostenibbli u r-riċerka u l-innovazzjoni. Aktar minn 20,000 irreġistraw mal-pjattaforma online.