Mur għall-kontenut ewlieni

Strateġija tad-<i>data</i> Ewropea

Nagħmlu lill-UE mudell għal soċjetà mogħtija s-setgħa bid-data

alt=""

L-istrateġija Ewropea għad-data għandha l-għan li tagħmel lill-UE mexxejja f’soċjetà mmexxija mid-data. Il-ħolqien ta’ suq uniku għad-data se jippermetti l-fluss liberu tagħha fl-UE u fis-setturi kollha għall-benefiċċju tan-negozji, ir-riċerkaturi u l-amministrazzjonijiet pubbliċi.

Governanza tad-<i>data</i>

Suq uniku għad-<i>data</i>

L-UE qed toħloq suq uniku għad-data fejn

  • id-data tista’ tiċċirkola fl-UE u fost is-setturi, għall-benefiċċju ta’ kulħadd
  • ir-regoli Ewropej, b’mod partikolari dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, u l-liġi dwar il-kompetizzjoni, jiġu rispettati bis-sħiħ
  • ir-regoli dwar l-aċċess u l-użu tad-data jkunu ġusti, prattiċi u ċari

L-UE se ssir ekonomija tad-data attraenti, sigura u dinamika billi

  • tistabbilixxi regoli ċari u ġusti dwar l-aċċess u l-użu mill-ġdid tad-data
  • tinvesti f’għodod u infrastrutturi tal-ġenerazzjoni li jmiss biex jaħżnu u jipproċessaw id-data
  • tingħaqad mal-kapaċità Ewropea tal-cloud
  • tiġbor flimkien id-data Ewropea ta’ setturi ewlenin, fi spazji tad-data komuni u interoperabbli
  • tagħti drittijiet, għodod u ħiliet lill-utenti biex jibqa’ jkollhom kontroll sħiħ fuq id-data tagħhom

Att Ewropew dwar id-<em>Data</em>

Bl-Att Ewropew dwar id-Data li daħal fis-seħħ f’Jannar 2024, il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel aktar data disponibbli għall-użu permezz ta’ regoli ġodda dwar min jista’ juża u jaċċessa d-data u għal liema skopijiet fis-setturi ekonomiċi kollha fl-UE. Ir-regoli l-ġodda huma mistennija li joħolqu €270 biljun ta’ PDG addizzjonali għall-Istati Membri tal-UE sal-2028 billi jindirizzaw il-kwistjonijiet legali, ekonomiċi u tekniċi li jwasslu biex id-data ma tintużax biżżejjed.

Il-konsumaturi u n-negozji jiġġeneraw id-data billi jużaw il-prodotti u s-servizzi. Bl-Att dwar id-data, se jibbenefikaw minn:

  • prezzijiet orħos għas-servizzi tas-suq ta’ wara l-bejgħ u tiswijiet għall-oġġetti konnessi tagħhom
  • opportunitajiet ġodda biex jintużaw servizzi li jiddependu fuq l-aċċess għal din id-data
  • aċċess aħjar għad-data miġbura jew prodotta minn apparat
  • salvagwardji ġodda kontra trasferimenti illegali ta’ data
  • kostijiet imnaqqsa meta d-data tiċċaqlaq lejn fornitur tal-cloud differenti
Farmer

Billi jkollhom aktar informazzjoni, il-konsumaturi u l-utenti bħall-bdiewa, il-linji tal-ajru jew il-kumpaniji tal-kostruzzjoni se jkunu f’pożizzjoni li jieħdu deċiżjonijiet aħjar bħax-xiri ta’ prodotti u servizzi ta’ kwalità ogħla jew aktar sostenibbli, u b’hekk jikkontribwixxu pereżempju għall-objettivi tal-Patt Ekoloġiku.

Eżempji ta’ użu tad-<i>data</i> industrijali u kummerċjali

  • Magni tal-jets mimlija b’eluf ta’ sensuri li jiġbru u jittrażmettu d-data lura biex jiżguraw operazzjoni effiċjenti.
  • Il-parks eoliċi jużaw id-data industrijali biex inaqqsu l-impatt viżwali u jottimizzaw il-qawwa tar-riħ.
  • In-navigazzjoni li tevita t-traffiku f’ħin reali tista’ tiffranka sa 730 miljun siegħa. Dawn ifissru sa €20 biljun f’kostijiet lavorattivi.
  • In-notifika f’ħin reali ta’ ferroviji ttardjati tista’ tiffranka 27 miljun siegħa ta’ xogħol. Dan ifisser sa €740 miljun f’kostijiet lavorattivi.
  • B’allokazzjoni aħjar tar-riżorsi għall-ġlieda kontra l-malarja jistgħu jiġu ffrankati sa €5 biljun f’kostijiet tal-kura tas-saħħa madwar id-dinja.

Ċifri projettati għall-2025

factsheet1.png
530%

żieda fil-volum tad-data globali

minn 33 zettabytes fl-2018 għal 175 zettabytes

factsheet2.png
€829 biljun

valur tal-ekonomija tad-data fl-UE27

minn €301 biljun (2.4% tal-PDG tal-UE) fl-2018

factsheet3.png
10.9 miljun

professjonisti tad-data fl-UE27

minn 5.7 miljun fl-2018

Basic digital skills icon
65%

Persentaġġ tal-popolazzjoni tal-UE b’ħiliet diġitali bażiċi

minn 57% fl-2018

Dokumenti

 

13 DIĊEMBRU 2023
Regulation on harmonised rules on fair access to and use of data (Data Act)
English
(797.31 KB - HTML)
Iddawnlowdja

 

23 FRAR 2022
Factsheet: Data Act
English
(HTML)
Iddawnlowdja

 

23 FRAR 2022
Overview of the common European data spaces
English
(HTML)
Iddawnlowdja

 

19 FRAR 2020
Communication: A European strategy for data
English
(277 KB - HTML)
Iddawnlowdja

 

19 FRAR 2020
Factsheet: the European data strategy
English
(5.95 KB - HTML)
Iddawnlowdja

 

7 LULJU 2020
Data governance and data policies at the European Commission
English
(584.57 KB - PDF)
Iddawnlowdja