Mur għall-kontenut ewlieni

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE

Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-baġit annwali tal-UE jkopri perjodu ta’ żmien ta’ tliet snin. It-tħejjija tiffoka fuq il-baġit tas-sena ta’ wara u tieħu diversi xhur. L-implimentazzjoni titwettaq mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri jew pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali. Il-kontroll dwar kif intefqu l-flus isir kemm mill-Kummissjoni kif ukoll mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri wara t-tmiem tas-sena finanzjarja.