Mur għall-kontenut ewlieni

Tweġiba

Meta ikun meħtieġ il-kunsens biex tiġi pproċessata data personali, dak il-kunsens ikun validu jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

  • għandu jingħata b'mod liberu;
  • għandu jkun infurmat;
  • għandu jingħata għal fini speċifika;
  • ir-raġunijiet kollha għall-ipproċessar għandhom jiġu ddikjarati b'mod ċar;
  • għandu jkun espliċitu u jingħata permezz ta' att pożittiv (pereżempju kaxxa biex tiġi mmarkata b'mod elettroniku li l-individwu għandu jimmarka b'mod espliċitu onlajn jew permezz ta' firma fuq formola);
  • juża lingwaġġ ċar u sempliċi u jkun viżibbli b'mod ċar;
  • il-kunsens jista' jiġi rtirat u dak il-fatt jiġi spjegat (pereżempju link biex jitneħħa l-abbonament fl-aħħar ta' posta elettronika b'newsletter elettronika).

Biex il-kunsens ikun ingħata b'mod liberu l-individwu għandu jkollu għażla libera u għandu jkun kapaċi jirrifjuta jew jirtira l-kunsens mingħajr ma jkun fi żvantaġġ. Il-kunsens ma jkunx ingħata b'mod liberu jekk, pereżempju, ikun hemm żbilanċ ċar bejn l-individwu u n-negozju/l-organizzazzjoni (pereżempju ir-relazzjoni bejn min iħaddem/impjegat) jew meta il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek titlob lill-individwi jagħtu l-kunsens għall-ipproċessar ta' data  personali li mhux meħtieġa bħala kundizzjoni minn qabel biex jitwettaq il-kuntratt jew is-servizz.

Biex il-kunsens ikun infurmat, l-individwu għandu jingħata mill-inqas:

  • l-identità tal-organizzazzjoni li qed tipproċessa d-data;
  • il-finijiet li għalihom qed tiġi pproċessata d-data;
  • it-tip ta' data li se tiġi pproċessata;
  • il-possibbiltà li  l-kunsens mogħti jiġi rtirat (pereżempju, link biex jitneħħa l-abbonament fl-aħħar linji ta' posta elettronika);
  • fejn applikabbli l-fatt li d-data se tintuża għat-teħid ta' deċiżjonijiet li għandhom biss bażi awtomatizzata, inkluż il-ħolqien ta' profili;
  • jekk il-kunsens huwa relatat ma' trasferiment internazzjonali, ir-riskji li possibilment iġibu magħhom it-trasferimenti ta' data lejn pajjiżi terzi fin-nuqqas ta' deċiżjoni ta' adegwatezza tal-Kummissjoni u fejn m'hemmx salvagwardji xierqa.

Ftakar: meta xi ħadd jagħti l-kunsens għall-ipproċessar tad-data personali tiegħu, inti tista' tipproċessa d-data biss għall-finijiet li għalihom ingħata l-kunsens.

Eżempji

Kunsens liberu

Inti kumpanija tal-ajru  u l-Avviż ta' Privatezza jindika li d-data personali tal-klijenti tista' tiġi pproċessata għal kompetizzjoni organizzata mil-linja tal-ajru li toffri titjira mingħajr ħlas bħala premju. Il-klijenti li mmarkaw il-kaxxa biex juru  li jaqblu li jieħdu sehem fil-kompetizzjoni wrew b'mod ċar li jixtiequ li d-data personali tagħhom tiġi pproċessata għall-fini tal-kompetizzjoni. Hemm il-kunsens biex id-data tiġi pproċessata għall-fini tal-kompetizzjoni imma mhux għal finijiet oħra.

Kunsens mhux liberu

Il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek toffri servizzi ta' films onlajn. Meta tiġbor id-data meħtieġa għal dan il-kuntratt inti tistaqsi wkoll għal data addizzjonali, bħall-orjentazzjoni sesswali jew it-twemmin politiku tal-persuna. Dik il-persuna tista' temmen li l-kunsens tagħhom għall-ipproċessar ta' dan it-tip ta' data huwa meħtieġ biex jaċċessaw il-films li jitolbu. Il-kunsens f'dak il-każ mhuwiex kunsens liberu, huwa “kunsens marbut”.

Referenzi

Examples

Free consent

You're an airline company and your Privacy Notice indicates that the personal data of customers can be processed for a competition organised by your company offering a free flight as a prize. The customers who ticked the box in agreeing to participate in the competition have clearly signalled their wish to have their personal data processed for the purpose of the competition. There is consent to process data for the purpose of the competition but not for other purposes.

Consent not free

Your company/organisation offers online movie services. When collecting the data needed for this contract you also ask for additional data, such as the sexual orientation or the political beliefs of a person. That person may believe that their consent for the processing of this type of data is necessary to access to the movies they request. The consent in this case isn’t free consent, it is a ‘tied consent’.