Mur għall-kontenut ewlieni

Dikjarazzjoni ta' ċaħda ta' responsabbiltà

AVVIŻ IMPORTANTI

L-informazzjoni u l-gwida f'dawn il-paġni web huma maħsuba biex jikkontribwixxu sabiex  ir-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data jinftehmu aħjar.

Dan huwa intenzjonat biss bħala għodda ta' gwida — it-test tar-Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data (GDPR) biss għandu forza legali. Bħala konsegwenza, il-GDPR biss huwa responsabbli biex joħloq drittijiet u obbligi għall-individwi. Din il-gwida ma toħloq l-ebda dritt jew aspettattiva infurzabbli.

L-interpretazzjoni vinkolanti tal-leġiżlazzjoni tal-UE hija l-kompetenza esklussiva tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. L-opinjonijiet espressi f'din il-gwida ma jippreġudikawx il-pożizzjoni li l-Kummissjoni Ewropea tista' tieħu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

La l-Kummissjoni Ewropea u l-ebda persuna li taġixxi f'isem il-Kummissjoni Ewropea ma hija responsabbli għall-użu li jista' jsir mit-tagħrif li ġej.

Billi din il-gwida tirrifletti l-istat attwali fiż-żmien ta' meta ġiet imfassla, għanda titqies bħala “għodda ħajja” li tista' tittejjeb u l-kontenut tagħha jista' jkun suġġett għal modifiki mingħajr avviż.