Mur għall-kontenut ewlieni

Individwi jistgħu jitolbu biex id-data tagħhom tiġi ttrasferita lil organizzazzjoni oħra?

Tweġiba

Iva, l-individwi għandhom id-dritt għall-portabilità tad-data, jiġifieri li jirċievu mingħand il-kumpanija/organizzazzjoni tiegħek id-data personali li pprovdewha f'format strutturat li jista' jinqara b'magna, u li dik id-data tiġi trażmessa lil kumpanija/organizzazzjoni oħra . Id-dritt jista' jiġi eżerċitat biss meta d-data personali tkun inġabret fil-kuntest ta' kuntratt jew fuq il-bażi ta' kunsens, u din id-data hija pproċessata b'mezzi awtomatizzati.

Eżempju

Pazjent ta' klinika privata fil-Belġju, se jmur fi klinika oħra fil-Ġermanja. L-individwu jitlob lill-klinika Belġjana, li għandha l-fajls elettroniċi dwaru, biex tipprovdih bid-data personali tiegħu f'format strutturat li jista' jinqara b'magna, biex ikun jista' jittrażmetti d-data lill-professjonisti tas-saħħa rilevanti fil-Ġermanja. Il-klinika Belġjana għandha tipprovdih bid-data personali f'format miftuħ użat b'mod komuni (eż. XML, JSON, CSV,eċċ.). Meta tagħżel il-format tad-data, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra kif dak il-format jaffettwa jew ixekkel id-dritt tal-individwu li jerġa' juża d-data. Pereżempju, li individwu jingħata verżjonijiet PDF tar-rekords tiegħu jista' ma jkunx biżżejjed biex jiżgura li d-data personali tkun tista' terġa' tintuża b'mod faċli.

Referenzi

Example

A patient of a private clinic in Belgium is moving to another clinic in Germany. The individual asks the Belgian clinic, which has electronic files on them, to provide them with their personal data in a structured machine-readable format, to be able to transmit the data to the relevant health professionals in Germany. The Belgian clinic should provide them with the personal data in a commonly used open format (e.g. XML, JSON, CSV, etc.). When selecting a data format, the organisation should consider how this format would impact or hinder the individual’s right to re-use the data. For instance, providing an individual with PDF versions of their records may not be sufficient to ensure that personal data is easily re-used.