Mur għall-kontenut ewlieni

Meta għandi neżerċita d-dritt tiegħi għal restrizzjoni tal-ipproċessar tad-data personali tiegħi?

Tweġiba

B'mod ġenerali, f'każijiet fejn mhux ċar jekk u meta d-data personali se jkollha titħassar, inti tista' teżerċita d-dritt tiegħek għal restrizzjoni tal-ipproċessar. Dan id-dritt jista' jiġi eżerċitat meta:

  • il-preċiżjoni tad-data inkwistjoni tkun ikkontestata;
  • ma tkunx trid li d-data titħassar;
  • id-data ma tkunx meħtieġa aktar għall-għan oriġinali imma ma tkunx tista' titħassar immedjatament minħabba raġunijiet legali;
  • id-deċiżjoni dwar l-oġġezzjoni tiegħek għall-ipproċessar tkun pendenti.

“Restrizzjoni” tfisser li d-data personali tiegħek tista' — bl-eċċezzjoni tal-ħażna — tiġi pproċessata biss bil-kunsens tiegħek biex jiġu stabbiliti, eżerċitati jew difiżi talbiet legali, għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' persuna fiżika jew ġuridika oħra jew għal raġunijiet ta' interess pubbliku  tal-UE jew ta' Stat Membru tal-UE. Inti għandek tkun infurmat qabel titneħħa r-restrizzjoni.

Eżempju

Bank ġdid fis-suq domestiku qed joffri tranżazzjonijiet tajba għal self fuq id-djar. Inti qed tixtri dar ġdida u għalhekk tiddeċiedi tibdel il-bank. Inti titlob lill-bank “l-antik” biex jagħlaq il-kontijiet kollha u titlob li d-dettalji personali kollha tiegħek jitħassru. Il-bank l-antik, madankollu, huwa soġġett għal liġi li tobbliga lill-banek jaħżnu d-dettalji kollha tal-klijent għal 10 snin. Il-bank l-antik huwa legalment obbligat jaħżen id-data tiegħek imma inti xorta tista' titlob għal restrizzjoni tad-data biex tiżgura li ma tintużax b'mod “aċċidentali” għal għanijiet mhux mixtieqa.

Referenzi

Example

A new bank on the domestic market offers good home loan deals. You are buying a new house and so decide to switch banks. You ask the ‘old’ bank to close down all accounts and request to have all your personal details deleted. The old bank, however, is subject to a law obliging banks to store all customer details for 10 years. The old bank is legally obliged to store your data but you  can still ask for restriction of the data to make sure that it’s not accidentally used for unwanted purposes.